Arkivji mensili: Jannar 2015

St. Vincent

    • ***
      Direttur: Theodore Melfi
      Atturi: Bill Murray, Melissa McCarthy, Naomi Watts,  Jaeden Lieberher, Chris Dowd, Kimberley Quinn, Donna Mitchell u Terence Howard

      Ħin tal-Film: 102 min
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 12A
      Klassifika tal-Knisja: 15
       

      Vincent,  imdaħħal xi ftit fi żmien, hu veteran tal-gwerra fi Vjetnam. Il-ħajja edonistika li kien igħix kienet ħallitu bla ħbieb u wisq iktar bla flus barra wkoll bla futur…

  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 28 ta’ Jannar

    • San Mark 4:1-20 Raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; meta mbagħad telgħet ix-xemx, nħarqu u nixfu, billi ma kellhomx għeruq…
  • Kompli aqra »

The Drop

    • ***

      Direttur: Michael R. Roskam
      Atturi: Tom Hardy, Noomi Rapace, James Gandolfini, Matthias Schoenaerts
      Ħin: 106 minuti
       
      Klassifika tal-Gvern: 15
      Klassifika tal-Knisja: 18

      Bob Saginowski jaħdem għal kuġinuh Marv billi jeħodlu ħsieb il-Bar; il-lejalta’ kbira li Bob għandu lejn kuġinuh wasslitu biex jieħu dan l-impjieg fejn m’għandu l-ebda opportunita’ li javvanza fil-ħajja. Kien hemm żmien meta Marv kien figura prominenti fil-fillieri tal-mafja ta’ Brooklyn iżda mbagħad sab ruħhu f’ċirkostanzi diffiċli…

  • Kompli aqra »

The Gambler

    • ****

      Direttur: Rupert Wyatt
      Atturi: Mark Wahlberg, Brie Larson, Jessica Lange, John Goodman
      Ħin: 111 minuti
       
      Klassifika taċ-Ċensura: 15
      Klassifika tal-Knisja: 15

       
      Jim Bennett huwa professur tal-letteratura Ingliża f’universita’ fejn il-lectures tiegħu huma mimlijin passjoni. Fil-biċċa l-kbira l-istudenti tiegħu qedin hemm biex jgħaddu mis-suġġetti meħtieġa u jimxu ‘l quddiem f’xi qasam ieħor…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa fl-okkażjoni taċ-ċerimonja tad-depożizzjoni tal-kuluri tal-Forzi Armati ta’ Malta

  • Il-Ġimgħa 16 ta’ Jannar 2015 Il-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    Eċċellenza Għażiż President tar-Repubblika,

    Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, Personalitajiet Distinti, Uffiċjali u membri tal-Forzi Armati, Inġbarna hawn illum għal okkażjoni importanti u memorabbli – id-depożizzjoni tal-kuluri antiki, issa li l-Forzi Armati ta’ Malta għandhom kuluri ġodda li ġew ikkonsagrati lejn tmiem is-sena li għaddiet. Huwa xieraq li l-kuluri l-qodma, li kienu kkonsagrati fl-1988, jinżammu bil-ġieħ li jistħoqqilhom ta’ emblema u sinjal ikkonsagrat lil Alla, f’dan il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann…

  • Kompli aqra »

Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna waqt Quddiesa għall-koppji li żżewġu fl-2014

  • Is-Sibt 17 ta’ Jannar 2015 Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    Għeżież koppji li żżewwiġtu fil-Mulej fis-sena 2014, huwa ta’ ferħ kbir għalija li ngħaddilkom messaġġ qasir f’din l-okkażjoni. L-ewwel nett nirringrazzjakom tal-għażla li għamiltu li tiżżewġu fil-Mulej. Dan mhux biss ifisser barka fuq l-imħabba ta’ bejnietkom, imma jfisser ukoll għażla libera li tmur lil hinn mit-tradizzjonijiet u d-drawwiet sbieħ ta’ missirijietna…

  • Kompli aqra »

Siegħa talb għall-paċi fin-Niġerja

  • Is-Sezzjoni Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti flimkien mal-Aid to the Church in Need (ACN-Malta) nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, fl-10.00 am ser jorganizzaw siegħa talb fil-Knisja ta’ San Ġakbu, fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta, għall-paċi tal-poplu fin-Niġerja. In-Niġerja hi l-aktar art popolata fl-Afrika.  Tgħodd il’ fuq minn 177 miljun persuna: 50% minnhom Musulmani, 40% Kristjani u 10% ta’ twemmin indiġenu.  62% tal-popolazzjoni hi taħt l-24 sena…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: ‘Għożżu r-rigal tal-Fidi’

  • The primary and indispensable role of women in transmitting the faith to new generations: this was the focus of Pope Francis’ remarks to the faithful following the readings of the day at Mass on Monday morning in the chapel of the Santa Marta residence in the Vatican. On the day when the Church celebrates the memory of Saints Timothy and Titus – bishops and disciples of St Paul the Apostle, Pope Francis commented in particular on the second letter of Paul to Timothy…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum – 27 ta’ Jannar

  • San Mark 3:31-35 Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. “Ara”, qalulu, “ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.” Qaddisin tal-jum: Santa Anġela Merici, Verġni
  • Kompli aqra »