Arkivji mensili: Marzu 2015

Il-Vanġelu tal-jum: 24 ta’ Marzu

  • San Ġwann 8:21-30

    U raġa’ qalilhom: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal li ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’ “Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq. Intom nies ta’ din  id-dinja, imma jien m’iniex ta’ din id-dinja. Kif għedtilkom jien, intom tmutu fi dnubietkom…

  • Kompli aqra »

Ħatra ta’ Vigarju Ġenerali

    • L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Fr Joseph Galea-Curmi bħala Vigarju Ġenerali. Hu ser jieħu post lil Monsinjur Scicluna li kien ukoll Vigarju Ġenerali wara li nħatar Isqof Awżiljari ta’ Malta fis-6 ta’ Ottubru 2012.

      Fr Joseph Galea-Curmi twieled Malta fl-1 ta’ Jannar 1964 u ġie ordnat saċerdot fil-5 ta’ Lulju 1991.

      Studja fil-Fakultà tat-Teoloġija, l-Università ta’ Malta, u fl-Università Pontifiċja tal-Lateran, Ruma, fejn kiseb id-dottorat fit-Teoloġija (bi speċjalizzazzjoni fit-Teoloġija Pastorali)…

  • Kompli aqra »

L-Omelija tal-Isqof Charles J. Scicluna nhar L-Erbgħa tal-Irmied

  • Knisja ta’ Santa Katarina, iż-Żejtun 18 ta’ Frar 2015 ​ Fis-silta li smajna, mill-Evanġelu ta’ San Mark (Mt 6,1-6.16-18), il-Mulej Ġesù jitkellem dwar tlett atteġjamenti: is-sawm, il-karità u t-talb. Jekk nirriflettu ftit fuq dawn it-tlett atteġġjamenti, li b’xi mod huma l-qafas tal-mixja tagħna lejn l-Għid, liema mixja nsejħulha r-Randan, nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq is-sawm qed nitkellmu fuq mixja li rrid nagħmel fuqi nnifsi billi nitgħallem niċċaħħad u nitgħallem ir-rażan…
  • Kompli aqra »

Messaġġ Pastorali għar-Randan 2015

    • Sawm: Stennija – Antiċipazzjoni – Wens – Maħfra
  • Għeżież ħuti Nsara, 

    Fil-bidu ta’ dan ir-Randan Imqaddes tas-sena 2015, u bi preparazzjoni għall-mixja li ser nagħmlu f’dan iż-żmien, xtaqt inwassal messaġġ qasir lil kull wieħed u waħda minnkom.

    Darba minnhom, il-Fariżej u l-kittieba staqsew lil Ġesù għaliex id-dixxipli tiegħu ma kinux qed isumu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jsejjaħ lill-Insara sabiex jesprimu l-fidi tagħhom f’azzjoni

  • Pope Francis says the lives of Christians must be coherent and express faith in action. Speaking to the crowds gathered in a rainy St. Peter’s Square for the Sunday Angelus, the Pope invited all believers to always bear in mind the message of the Gospel, the image of the Crucified Lord, and the need to be witnesses of faith. Calling on Christians to express their faith in action, the Pope also turned to those who have yet to experience an encounter with Christ offering the gift of a pocket-sized Gospel in which “we can meet Jesus, listen to Him, and get to know Him”…
  • Kompli aqra »

Il-Vanġelu tal-jum: 23 ta’ Marzu

    • San Ġwann 8:1-11

      Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom. Mbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju. Issa fil-Liġi tagħna Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Int, imma, xi tgħid?” Dan qaluhulu biex iġarrbuh, ħalli jkollhom fuqiex jixluh…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku f’Napli: Jiltaqa’ mal-kleru u r-reliġjużi

  • Pope Francis spoke of the ‘terrorism of gossip’ as the biggest sign of the devils work in a meeting with priests, religious and seminarians at Naples Cathedral Saturday.
      The Gothic ‘Duomo’ – home to the much revered relic of St. Januarius patron Saint of Naples – was the setting for Pope Francis’ first appointment of the afternoon.
      He was welcomed by Cardinal Crescenzio Seppe, the Archbishop of Naples and then surrounded by an enthusiastic group of cloistered nuns who had been given special permission to attend the encounter…
  • Kompli aqra »

Il-Ħames Ħadd tar-Randan

  • L-Ewwel Qari 

    Mill-Ktieb ta’ Ġeremija 31:31-34

    “Araw, għad jiġi żmien, oraklu tal-Mulej, meta jien nagħmel patt ġdid ma’ dar Iżrael u dar Ġuda; mhux bħall-patt li għamilt ma’ missirijiethom fiż-żmien meta qbadthom minn idejhom biex ħriġthom mill-art ta’ l-Eġittu, il-patt tiegħi li huma kisru, għalkemm jien kont l-għarus tagħhom, oraklu tal-Mulej. “Imma dan ikun il-patt li għad nagħmel ma’ dar Iżrael wara dawk il-jiem, oraklu tal-Mulej…

  • Kompli aqra »

L-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Nhar l-21 ta’ Marzu 2015, sar l-Ingress Solenni ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, mill-Knisja ta’ San Duminku sal-Katidral tal-Imdina.

    Ir-Rotta minn Ħal Lija sal-Katidral

    L-Arċisqof Scicluna telaq mid-dar privatament sakemm wasal sal-Knisja Parrokjali ta’ Ħal-Lija fit-8:15am fejn intlaqa’ min-nies tal-lokal u daħal fil-knisja għal mument ta’ talb quddiem Ġesù Sagramentat. Wara sellem lis-Sindku u l-Kunsill ta’ Ħal Lija u telaq bil-karozza, skortat mill-pulizija, lejn ir-Rabat…

  • Kompli aqra »

L-Omelija ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna waqt il-Quddiesa tal-Ingress Solenni

  • ‘Tħobbni int?’

    Il-kelmiet ta’ Ġesù lil Pietru jgħoddu għal kull wieħed u waħda minna. Ilum, b’mod speċjali, Ġesù jgħidhom lili, magħżul biex inkun ir-Ragħaj tagħkom. Id-domanda ta’ Ġesù tfakkarni fid-dgħufija tiegħi u fil-Ħniena tiegħu. Tfakkarni li l-qofol ta’ kull ministeru pastorali huwa l-imħabba: l-imħabba lejn Ġesù, ir-Ragħaj it-Tajjeb, li ħabbna qabel ħabbejnieh aħna, kif ukoll l-imħabba lejn kull membru tal-merħla tiegħu…

  • Kompli aqra »