Arkivji mensili: Settembru 2015

The Martian

  • ****

    Direttur: Ridley Scott

    Atturi: Matt Damon, Jessica Chastain, Chiwetel Ejiofor, Kate Mara

    Ħin: 130 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 12A

    Waqt li l-ekwipaġġ ta’ vettura spazjali fuq Mars ikunu qed iħaffu biex jitilqu lejn id-Dinja biex jeħilsu minn tempesta qalila, Mark Watney jintlaqat minn antenna u jitħalla għal mejjet. Meta jerġa’ jiġi f’sensih jirrealiżża li jinsab waħdu fuq Mars, miljuni ta’ mili l-bogħod mid-Dinja, bi ftit ikel li jista’ jservih sa xahar, u li vettura spazjali oħra mhix ippjanat li tasal qabel erba’ snin oħra…

  • Kompli aqra »

The Transporter Refueled

  • ****

    Direttur: Camille Delimarre

    Atturi: Ed Skrein, Ray Stevenson, Loan Chabanol, Gabriella Wright, Tatjana Pajkovic, Wenxia Yu, Radivoje Bukvic u Annatole Taubman

    Ħin tal-Film: 96min

    Klassifika taċ-Ċensura: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Frank Martin, li darba kien jaħdem bħala merċinarju f’operazzjonjiet speċjali, illum –il ġurnata jinsab igħix ħajja iktar trankwilla w inqas perikoluża…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016 fil-Krakovja

  • Pope Francis’ message for the 31st World Youth Day was released on Monday and is focused on the theme from the Beatitudes ‘Blessed are the merciful, for they shall obtain mercy’. The next meeting of young people from across the globe will take place in the Polish city of Krakow in July 2016.

    In the message Pope Francis notes that the forthcoming World Youth Day takes place within the context of the Jubilee Year of Mercy…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

  • San Ġwann 1:47-51

    Meta Ġesù ra lil Natanjel riesaq lejh qal għalih: “Ara, dan tassew wieħed minn Iżrael li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanjel staqsieh: “Kif sirt tafni?” U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma sejjaħlek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanjel, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Iżrael!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għedtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? …

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda – Malta rappreżentata mill-President tar-Repubblika

  • Pope Francis has addressed the United Nations General Assembly in a highly anticipated speech, in which he talked about the protection of the environment and, as he put it, ” today’s widespread and quietly growing “culture of waste”. The Holy Father also referred to the effects of economic and social exclusion with, “its baneful consequences: human trafficking, the marketing of human organs and tissues, the sexual exploitation of boys and girls, slave labour, including prostitution, the drug and weapons trade, terrorism and international organized crime…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-Isqfijiet Amerikani: kontabilità lejn il-vittmi tal-abbuż sesswali

  • Pope Francis held a private meeting with sex abuse victims in Philadelphia on Sunday (27th September) and told bishops afterwards that such crimes “must not be kept secret for any longer” and promised on behalf of the Church “the accountability of all.” The Pope said he remained “overwhelmed with shame that men entrusted with the tender care of children violated these little ones and caused grievous harm…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:46-50

    Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min m’huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

    Qaddis tal-jum: San Wenċeslaw, Martri 

  • Kompli aqra »

Programmi Soċjo-reliġjużi fuq Net Tv u One Tv minn CAM Productions

  • CAM Productions se jipproduċu żewg programmi fl-iskeda tax-xitwa 2015 fuq One Tv u Net Tv.

    Sejjaħtli helpline, kull nhar ta’ Erbgħa bejn 22:40 u 23:25 fuq One Tv se jkun ippreżentat minn Joyce Cassar flimkien mal-mistieden residenti Fr Rene Camilleri. Dan il-programm se jibda jixxandar nhar l-Erbgħa 30 ta’ Settembru 2015, u se jikkonsisti f’diskussjoni dwar storja li jkun bgħat xi ħadd mit-telespettaturi, jew storja li jaqsam xi ħadd waqt telefonata fil-programm.  Il-mistiedna fl-istudjos jagħtu dak li jaħsbu li hu l-aħjar parir. 

    Il-programm GĦALKULĦADD, kull nhar ta’ Ħadd bejn 10:15 u 11:15 fuq NET TV se jkun ippreżentat minn Massimiliana De Martino. L-ewwel programm għal din l-iskeda jixxandar nhar il-Ħadd 4 t’Ottubru 2015…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

    • San Mark 9:38-43.45.47-48

      “Mgħallem, qallu Ġwanni, “wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min m’huwiex kontra tagħna, huwa magħna.”Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu.” “Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawwru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli li tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex. U jekk riġlek hu għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtgħu barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’riġel wieħed fil-ħajja, milli tinxteħet b’riġlejk it-tnejn fl-infern.U jekk għajnek hi għalik okkażjoni ta’ dnub, aqlagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’għajn waħda fis-Saltna ta’ Alla milli tinxteħet b’għajnejk it-tnejn fl-infern, fejn id-dud tagħhom ma jmutx u fejn in-nar ma jintefiex. Għax kulħadd ikun immellaħ bin-nar…

  • Kompli aqra »