Arkivji mensili: Settembru 2015

Messaġġ għall-Jum Dinji tat-Turiżmu 2015

  • “Biljun turist, biljun opportunità”

    1. Fl-2012, inqabżet il-fruntiera simbolika tal-miġja ta’ biljun turist internazzjonali. Issa n-numri għadhom jikbru tant li t-tbassir jistima li sal-2030 se tkun intlaħqet iċ-ċifra ta’ żewġ biljuni. Ma’ din iċ-ċifra jkunu jridu jingħaddu wkoll in-numri, anke ikbar minn hekk, tat-turisti lokali.

    Għall-Jum Dinji tat-Turiżmu rridu nikkonċentraw fuq l-opportunitajiet u l-isfidi li jqanqlu dawn l-istatistiċi, u għalhekk qed nagħmlu tagħna t-tema magħżula mill-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu: “Biljun turist, biljun opportunitajiet”…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof f’laqgħat mal-kleru reliġjuż u djoċesan

  • Bejn il-Ġimgħa 25 u s-Sibt 26 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ltaqa’ mal-kleru reliġjuż u djoċesan, f’żewġ laqgħat li saru fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana, u fis-Seminarju tal-Arċisqof, tal-Virtù. Matul dawn il-laqgħat ta’ diskussjoni, l-Arċisqof tkellem dwar il-viżjoni tiegħu għall-Knisja f’Malta, l-identità tas-saċerdoti u l-kuntatt tagħhom mal-Arċisqof, filwaqt li qasam numru ta’ riflessjonijiet dwar is-Sena tal-Ħniena li tibda fit-8 ta’ Diċembru li ġej…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:43b-45

    Imma waqt li kulħadd kien qiegħed jistagħġeb b’kull ma kien qiegħed jagħmel, Ġesù qal id-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

    Qaddisin tal-jum: San Kosma u San Damjan, Martri

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jirringrazzja lill-ogħla uffiċjali tal-Kurja

  • Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2015, saret ikla ta’ ringrazzjament għas-saċerdoti li kienu jaħdmu fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana. F’isem il-ħaddiema kollha u f’isem il-Knisja, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rringrazzja lil Mons. Anton Gouder li serva bħala Pro-Vigarju Ġenerali, lil Mons. Anton Portelli li serva bħala Segretarju Amministrattiv, lil Mons. Charles Cordina li serva bħala Segretarju Pastorali, u lil Dun Ray Toledo li serva bħala Delegat għall-Parroċċi…

  • Kompli aqra »

Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema tal-Kurja

  • Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid bejn il-Kurja tal-Arċisqof u l-Union Ħaddiema Magħqudin, għall-perjodu 2015-2019. Il-ftehim ġie ffirmat mis-Sur Michael Pace Ross, Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjocesi ta’ Malta, u mis-Sur Jesmond Bonello, President tal-UĦM.

    Il-ftehim jipprovdi għal kundizzjonijiet aħjar ta’ xogħol għal ħaddiema kollha, fosthom żidiet bl-arretrati fis-salarji u fl-allowances għall-kwalifiki, u bonus ta’ darba li jingħata f’Diċembru. Jipprovdi wkoll għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja, b’żieda ta’ ġurnata vacation leave u ħinijiet iktar flessibbli ta’ xogħol…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jagħmel diskors storiku fil-Kungress tal-Istati Uniti

  • Pope Francis on Thursday 24th September 2015, made history by becoming the first Pope ever to address a joint session of the United States Congress. In his wide-ranging address that was frequently interrupted by applause, the Pope touched on many themes including the need for politics to serve the common good, the importance of cooperation and solidarity, the dangers of fundamentalism, the refugee crisis, abolition of the death penalty, the need for courageous acts to avert environmental deterioration, the evils of the arms trade and threats to the family from within and without…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:18-22

    Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan. U qalilhom: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum.”

    Qaddis tal-jum: San Finbarr, Isqof

  • Kompli aqra »

Stqarrija mill-Moviment ta’ Kana dwar l-iffriżar tal-embrijuni

  • Il-Moviment ta’ Kana jemmen illi jekk il-proposti dwar l-iffriżar tal-Embrjuni jidħlu fis-seħħ tkun qed tinfetaħ it-triq għall-legalizazzjoni tal-abort. Il-ħajja umana tibda mill-mument tat-tnissil u għalhekk jeħtieġ li kull embrjun għandu jiġi ttrattat b’rispett u b’dinjità sa mill-ewwel waqt tat-tnissil.

    L-iffriżar tal-Embrjuni hu inkompatibbli mar-rispett u d-dinjità li biha għandha tiġi trattata il-ħajja umana sa mit-tnissil. 

    L-esperjenza ta’ pajjiżi oħra turi illi fejn jitħalla jsir l-Iffrizar tal-Embrjuni,  jiġri li numru kbir ta’ ħajjiet umani jinqerdu wara li jagħmlu għadd ta’ snin iffrizati…

  • Kompli aqra »

Ngħixu flimkien fl-Ewropa

  • Justice and Peace Europe meets in Copenhagen and Malmö

    The Conference of European Justice & Peace Commissions will meet from 25 to 28 September 2015 in Copenhagen and Malmö for their annual International Workshop and General Assembly. The general theme of the International Workshop is “European models of living together– experiences in Copenhagen and Malmö”. H.E. Jean-Claude Hollerich, the Archbishop of Luxembourg and President of Justice and Peace Europe, will moderate the General Assembly…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

    • San Luqa 9:7-9 Dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah. Festa tal-Knisja: Il-Madonna tal-Ħniena
  • Kompli aqra »