Arkivji mensili: Settembru 2015

Ricki and the Flash

  • ***

    Direttur: Jonathan Demme
    Atturi: Meryl Streep, Kevin Kline, Maime Gummer, Rick Springfield
    Ħin: 102 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A
    Klassifika tal-Knisja: 15
     

    Ricki Randazzo, li l-veru isem tagħha huwa Linda Brummell, għandha fuq is-60 sena u hija rock star li m’għamlitx suċċess; issa hija l-lead singer f’banda li ddoqq f’bar f’Los Angeles…

  • Kompli aqra »

Everest

  • ***

    Direttur: Baltasar Kormakur

    Atturi: Jason Clarke, Josh Brolin, Michael Kelly, John Hawkes, Robin Wright, Emily Watson, Keira Knightley, Sam Worthington u Jake Gyllenhaal

    Ħin tal-Film: 121 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12A

    Film ispirat minn ġrajja li seħħet vera fl-10 ta’ Mejju 1996. Żewg timijiet ta’ xabbaturi kienu  mħejjiha tajjeb biex jitilgħu fuq il-quċċata tal-Muntanja Everest minnaħa ta’ nofsinhar magħrufa aħjar bħala l-Muntanja tal-Ġenn…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku milqugħ mill-President Obama fl-Istati Uniti

  • Pope Francis has arrived. His flight landed at Joint Base Andrews (formerly known as Andrews Air Force Base), shortly after 3:30 PM local time in the US state of Maryland.

    The welcome ceremony – otherwise little more than a simple observance of only the most absolutely necessary protocol – was punctuated by two particularly poignant elements: the first was the presence of the President of the United States, Barack Obama – and his family – to greet his nation’s guest; the second was the Spanish  language alongside English, in which the gathered crowd – some hundreds of young people from Washington, DC area schools among them – cheered their welcome…

  • Kompli aqra »

L-Isqof Mario Grech fl-Assemblea Plenarja tal-Isqfijiet Ewropej fl-Art Imqaddsa

  • Bejn il-11 u s-16 ta’ Settembru 2015, l-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, irrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija fl-Assemblea Plenarja tal-Kunsill għall-Konferenzi Episkopali Ewropej (CCEE), li fuq stedina tal-Beatitudni Tiegħu Fouad Twal, Patrijarka Latin ta’ Ġerusalemm, din is-sena nżammet fl-Art Imqaddsa.  B’waqfiet fil-Galilija, f’Betlehem u f’Ġerusalemm, din l-Assemblea kienet l-ewwel waħda fl-istorja riċenti tal-Kristjaneżmu li laqqgħet flimkien fl-istess ħin u post għadd hekk kbir ta’ rappreżentanzi għolja tal-Episkopat Ewropew: 45 pajjiż kienu rrappreżentati f’din il-laqgħa.  It-tema ewlenija diskussa kienet: “Il-ferħ u t-tbatijiet tal-Knejjes partikulari”. 

    Tul iż-żjara tagħhom l-Isqfijiet Ewropej kellhom ċans iżuru komunitajiet Insara fl-Art Imqaddsa, jaraw il-ħidma tal-Knisja f’dan il-pajjiż u jiltaqgħu wkoll mal-awtoritajiet politiċi Israeljani u dawk Palestinjani.  F’Velja li nżammet apposta, huma talbu għas-suċċess tas-Sinodu tal-Familja li sa jinżamm f’Ruma f’Ottubru, waqt li f’Messaġġ Finali qalu li huma żaru l-Art Imqaddsa biex “iħeġġu iktar pellegrinaġġi fl-art ta’ Ġesù ħa jġeddu l-fidi u jwieżnu l-Insara ta’ dawn il-postijiet”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:1-6 Sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejjqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejjqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi. Jekk tidħlu f’xi dar, ibqgħu hemm sa ma tiġu biex titilqu. Jekk ma jilqgħukomx, oħorġu minn dik il-belt u farfru sa t-trab tagħha minn ma’ riġlejkom bħala xhieda kontrihom.” Ħarġu, mela, u bdew iduru l-irħula jxandru l-Evanġelju u jfejjqu l-morda kullimkien…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ ma’ Fidel Castro

  • Perhaps the event which created most media interest during Pope Francis’s first full day in Cuba was his meeting with revolutionary leader Fidel Castro. During a private encounter at the 89-year-old retired President’s home, the Pope and Castro discussed religion and world affairs. The meeting took place just hours after the Pope at Mass urged Cubans to serve one another and not ideology…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

  • San Luqa 8:19-21

    Ġew għalih ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk.” Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu.”

    Qassisn tal-jum: Il-Leġjun ta’ Theban, Martri

  • Kompli aqra »

Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza 2015

  • It-Tnejn 21 ta’ Settembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza.
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Eċċellenza Aġent-President, Onoreveli Prim Ministru, Onorevoli Speaker, Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, għeżież membri tal-Ġudikatura, personalitajiet distinti; qed nieħu pjaċir nara wkoll diversi Membri Parlamentari u Ministri; Presidenti Emeriti ta’ Malta nixtieq insellmilkom u nirringrazzjakom ta’ dak kollu li għamiltu u għadkom tagħmlu għal pajjiżna…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jħeġġeġ iż-żgħażagħ Kubani biex iżommu t-tama ħajja

  • Pope Francis on Sunday urged young Cubans to follow a path of hope, built on solidarity and encounter with others. The Pope’s words came in a meeting with several thousand young students gathered at the Fr Felix Varela cultural centre in Havana at the end of his first full day in the Cuban capital. The centre, set up in 2011 by the local Archdiocese with the support of the Pontifical Council for Culture, offers courses in theology, philosophy, sociology, psychology and business administration…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

  • San Mattew 9:9-13

    Huwa u għaddej minn hemm, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja,” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu. Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?” Hu semagħhom, u qal: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda. Mela morru tgħallmu x’jiġifieri, ‘Ħniena rrid, u mhux sagrifiċċju’; għax mhux lill-ġusti ġejt insejjaħ, iżda lill-midinbin.”

    Qaddis tal-jum: San Mattew, Appostlu u Evanġelista

  • Kompli aqra »