Arkivji mensili: Diċembru 2015

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl

  • Fil-Lejl tal-Milied, nhar l-24 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Katidral tal-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2015

    Nixtieq naqsam ftit ħsibijiet qosra f’dan il-lejl qaddis.

    Din is-sena, jiena u nirrifletti fuq il-Vanġelu (Lq 2, 1-14) li għadna kemm smajna u li nisimgħuh kull sena f’dan il-lejl qaddis, laqatni l-fatt li r-rakkont ta’ San Luqa jipprova jagħtina ħjiel kronoloġiku tal-avveniment li se jirrakkonta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

  • Festa tal-Knisja: Solennita’ tan-Nativita’ tal-Mulej, (Il-Milied), Quddiesa ta’ matul il-jum

    San Ġwann 1:1-18 

     Fil-bidu kien il-Verb,

    u l-Verb kien ma’ Alla,

    u l-Verb kien Alla.

    Hu kien fil-bidu ma’ Alla.

    Kollox bih sar,

    u xejn ma sar mingħajru; 

    kull ma sar kellu l-ħajja fih,

    u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Dar tal-Providenza, Siġġiewi
    24 ta’ Dicembru 2015

    Il-paċi magħkom! Din it-tislima tawha wkoll l-anġli lir-ragħajja fil-lejl qaddis tal-Milied meta kantaw: “Glorja lil Alla fl-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” (Lk 2, 14).

    Għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, għandi pjaċir insellmilkom mid-Dar tal-Providenza. F’din  is-Sena tal-Ħniena, nawgura li dan il-Milied jkun Milied ħieni mimli ħniena…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-paċi magħkom! Din it-tislima tawha wkoll l-anġli lir-ragħajja fil-lejl qaddis tal-Milied meta kantaw: “Glorja lil Alla fl-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba” (Lk 2, 14).

    Għeżież ħuti Maltin u Għawdxin, għandi pjaċir insellmilkom mid-Dar tal-Providenza. F’din  is-Sena tal-Ħniena, nawgura li dan il-Milied jkun Milied ħieni mimli ħniena. Ħamsin sena ilu, Monsinjur Mikiel Azzopardi kellu l-ispirazzjoni feliċi li jibda din id-dar, li laqgħet għexieren u għexieren ta’ persuni li kellhom bżonn l-għajnuna speċjali, is-solidarjetà u l-imħabba tagħna…

  • Kompli aqra »

Segwi ‘live’ fuq Youtube iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof

  • Agħfas ‘Subscribe’ biex tkompli ssegwi l-avvenimenti tal-Arċisqof fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.  

    Dawn huma l-avvenimenti li se jixxandru ‘Live’ fil-festi tal-Milied u l-bidu tas-Sena l-Ġdida.

  • Quddiesa ta’ Nofsillejl fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu 
  • Quddiesa mal-Familji 
  • Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ta’ Tmiem is-Sena 
  • Quddiesa tal-Epifanija tal-Mulej 
  • Kompli aqra »

Il-Papa jingħata l-‘International Charlemagne Prize’

  • Pope Francis has been awarded the International Charlemagne Prize of Aachen, the oldest and best-known prize awarded for work done in the service of European unification.

    The announcement was made on Wednesday in the city of Aachen; the Pope will physically receive the award at a date still to be set, in Rome.

    The Prize is named for Charlemagne, the Franconian king revered by his contemporaries as the “Father of Europe…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

  • San Luqa 2:1-14

    F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila. Ġara li, meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda…

  • Kompli aqra »

Avviż

  • Ġentilment ninfurmawkom li minn għada, il-Ħamis 23 ta’ Diċembru 2015 sal-Ħadd 3 ta’ Jannar 2016, il-Kurja tal-Arċisqof ser tkun magħluqa għal żmien tal-Milied. Il-Kurja terġa tiftaħ nhar it-Tnejn 4 ta’ Jannar 2016.

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiċċelebra l-Ġublew tal-Ħniena għall-Familji

  • Pope Francis will celebrate the Jubilee of Mercy for Families on Sunday 27 December, Feast of the Holy Family.

    The Pope ushered in the Jubilee Year of Mercy on 8 December, the day the Church celebrates the Solemnity of the Immaculate Conception and he is scheduled to close it on 20 November 2016, the Solemnity of Our Lord Jesus Christ the King, with the closing of the Holy Door in St…

  • Kompli aqra »