Arkivji mensili: Jannar 2016

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl

  • Fil-Lejl tal-Milied, nhar l-24 ta’ Diċembru 2015, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra l-Quddiesa ta’ Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina, fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu.

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2015

    Nixtieq naqsam ftit ħsibijiet qosra f’dan il-lejl qaddis…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jiltaqa’ mal-President Iranjan

  • On Tuesday 26th January, in the Vatican Apostolic Palace, the Holy Father Francis received in audience His Excellency Hassan Rouhani, President of the Islamic Republic of Iran, who subsequently met with His Eminence Cardinal Secretary of State Pietro Parolin, accompanied by His Excellency Archbishop Paul Richard Gallagher, secretary for Relations with States. During the cordial discussions, common spiritual values emerged and reference was made to the good state of relations between the Holy See and the Islamic Republic of Iran, the life of the Church in the country and the action of the Holy See to favour the promotion of the dignity of the human person and religious freedom. Attention then turned to the conclusion and application of the Nuclear Accord and the important role that Iran is called upon to fulfil, along with other countries in the Region, to promote suitable political solutions to the problems afflicting the Middle East, to counter the spread of terrorism and arms trafficking…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

  • San Mark 4:1-20

    Raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: 

    “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’. Ġara li hu u jiżra’, xi żerrigħat waqgħu fil-mogħdija; ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat fejn ma kienx hemm wisq ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; meta mbagħad telgħet ix-xemx, nħarqu u nixfu, billi ma kellhomx għeruq. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk u x-xewk kiber u ħanaqhom, u frott ma għamlux. Oħrajn waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott; u l-frott kiber u tkattar, u min għamel tletin, min sittin, u min mija.” U qal: “Min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”

    Meta kien waħdu, dawk ta’ madwaru flimkien mat-Tnax resqu jitolbuh ifissrilhom il-parabboli. U hu qalilhom: “Lilkom ingħata l-misteru tas-Saltna ta’ Alla, imma l-oħrajn, li huma barra, ikollhom kollox bil-parabboli, ħalli ‘jħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux, li ma jibdlux ħajjithom u jaqilgħu l-maħfra’.”

    “Din il-parabbola m’intomx tifhmuha?” qalilhom…

  • Kompli aqra »

Spotlight

  • ****

    Direttur: Tom McCarthy

    Atturi: Mark Ruffalo, Michael Keaton, Rachel McAdams

    Ħin: 128 minuti

    Maħruġ minn KRS Releasing Limited

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Fl-2001 wasal editur ġdid, Marty Baron, għal-gazzetta prominenti The Boston Globe, li ma’ setax jifhem kif il-gazzetta tiegħu kien għadha tat ftit importanza lil abbużi sesswali mill-qassisnin li kienu bdew jitfaċċaw…

  • Kompli aqra »

Capture the Flag

  • ***

    Direttur: Enrique Gato

    Atturi: (vuċijiet ta’) Dani Rovira, Michelle Jenner, Carme Calvell

    Ħin: 94 minuti

    Maħruġ minn KRS Releasing Limited

    Klassifika tal-Gvern: U

    Klassifika tal-Knisja: U

    Richard Carson, baruni taż-żejt minn Texas u li huwa l-protagonist fi programm tat-televiżjoni li jisponsorjah hu stess, jiddikjara li għandu provi li l-missjoni ta’ Apollo 11 ta’ l-1969 meta għall-ewwel darba nieżel il-bniedem fuq il-qamar hija kollha ħrafa, u jħabbar il-pjan tiegħu li jmur hu fuq il-qamar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku se jsiefer l-Iżvezja għal kommemorazzjoni konġunta tar-Riforma Protestanta

  • Pope Francis will travel to Sweden in October for a joint ecumenical commemoration of the start of the Reformation, together with leaders of the Lutheran World Federation and representatives of other Christian Churches.

    The event will take place on October 31st in the southern Swedish city of Lund where the Lutheran World Federation was founded in 1947. While kicking off a year of events to mark the 500th anniversary of the Protestant Reformation, it will also highlight the important ecumenical developments that have taken place during the past 50 years of dialogue between Catholics and Lutherans…

  • Kompli aqra »

Tiġdid b’Xhieda Awtentika

  • Il-Festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl, għaxart ijiem biss qabel ir-Randan Imqaddes, għandha sservi ta’ ispirazzjoni għalina l-Insara biex inħejju ruħna għal dan iż-żmien ta’ tiġdid f’ħajjitna. Il-fidi li ġiet rivelata lil San Pawl fil-konverżjoni biddlet il-ħajja tiegħu b’mod radikali għaliex huwa sar xhud tal-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet. Fl-omelija tal-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, l-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li bħal Pawlu, “aħna msejħin biex inkunu xhieda ta’ Ġesù, u ma nibżgħux nuru li aħna Nsara bil-mod kif ngħixu, kif nitkellmu, kif inġibu ruħna, u bid-deċiżjonijiet li nieħdu.” Din ix-xhieda awtentika li aħna msejħin għaliha, u li twasslet lilna mill-Appostlu San Pawl, tpoġġi quddiemna sfida biex f’din is-Sena tal-Ħniena aħna inwasslu l-imħabba u l-ħniena ta’ Alla lill-oħrajn, partikolarment matul ir-Randan. 

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

  • San Luqa 10:1-9

    Wara dan, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa tal-Milied fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

  • Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Diċembru 2015, Jum il-Milied, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra mal-ħabsin, il-Quddiesa Stazzjonali fl-okkażjoni tas-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Raħal Ġdid. Preżenti wkoll għal din il-quddiesa, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, l-Onor. Carmelo Abela. Wara l-quddiesa, l-Arċisqof li kien akkumpanjat mill-Ministru Abela, żaru lir-residenti tas-sezzjoni femminili u ltqagħu mar-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li kellhom esperjenzi pożittivi ta’ rijabilitazzjoni…
  • Kompli aqra »