Arkivji mensili: Ġunju 2016

Live: Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl

  • L-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fit-7:45 a.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi purċissjoni sal-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl ir-Rabat. Fid-9:30 a.m. l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa ta’ San Pietru u San Pawl, il-Katidral tal-Imdina. Segwi ‘Live’ fuq YouTube
  •  
  • Agħfas hawn biex issegwi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fuq YouTube.
  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl

  • It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016, fil-5:30 p.m. l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi Translazzjoni Solenni u fis-6:00 p.m. jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il-Youtube Channel tal-Knisja f’Malta u fuq Radju Marija. Segwi ‘live’ fuq YouTube   Agħfas hawn biex issegwi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fuq YouTube.
  • Kompli aqra »

“Il-ħajja hija sabiħa meta tingħata lill-oħrajn” – L-Arċisqof

L-Arċisqof iżur Farsons

  • Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna żar il-kumpanija Farsons, l-Imrieħel, u ċċelebra Quddiesa mal-impjegati u l-management tal-kumpanija. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • L-Imrieħel 17 ta’ Ġunju 2016   Fl-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù jagħtina ftit kelmiet li aħna nistgħu nsejħuluhom kliem ta’ għerf, teknikament kliem sapjenzjali u b’xi mod qiegħed jagħtina kliem ta’ għerf tal-qalb, dak li bl-Ingliż nistgħu nsejħulu: ‘the wisdom of the heart’, l-għerf tal-qalb…
  • Kompli aqra »

Il-Papa lid-delegazzjoni tal-Patrijarkat ta’ Kostantinopoli: ‘Il-Ħniena ta’ Alla tgħaqqadna flimkien’

  • Pope Francis addressed a delegation from the Ecumenical Patriarchate of Constantinople, with whom he held a private audience on Tuesday in the Vatican, calling the mercy of God ‘the bond uniting us’. The delegation came to Rome following the conclusion of the week-long Pan-Orthodox Council, which was held on the Greek island of Crete. The mercy of God is the bond uniting the Churches, a fruit of the Holy Spirit which produces communion but never uniformity…
  • Kompli aqra »

“Id-deheb u l-fidda ma jwasslux għas-sħuħija tas-salvazzjoni” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar lejliet il-Festa ta' San Pietru u San Pawl

  • It-Tlieta 28 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa Translazzjoni Solenni u ċċelebra Quddiesa tal-Ewwel Għasar, lejliet il-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, fil-Katidral tal-Imdina. Il-Quddiesa fuq YouTube  
  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna Katidral tal-Imdina 27 ta’ Ġunju 2016 “Ħares lejna” (Atti 3, 4), Din hija l-istedina li Pietru u Ġwanni jagħtu lil dak ir-raġel li  m’għandux isem, li kien magħtub minn ġuf ommu, li kuljum kien joqgħod ħdejn il-bieb tat-tempju jgħidulu ‘s-sabiħ’ biex jitlob il-karità lil dawk li jkunu deħlin fit-tempju…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

  • San Mattew 8:23-27 Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajjmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!” U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?” Mbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira. Dawk stagħġbu, u bdew jgħidu: “Dan xi bniedem hu, biex sa l-irjieħ u l-baħar jisimgħu minnu?” Qaddis tal-jum: San Irinew, Isqof u Martri    
  • Kompli aqra »

“Il-Madonna sseħibna u tgħidilna ‘ejja’ anke fit-toroq tas-slaleb tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu

  • L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tat- Tifkira tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju Madonna ta’ Pinu 22 ta’ Ġunju 2016   “Tinfirex f’kull żmien” ‑ Dawn huma l‑kliem li aħna nirrepetu kull filgħaxija kif il‑jum ikun riesaq fit‑tmiem tiegħu, u l‑Knisja tinfexx fil‑għanja ta’ filgħaxija…
  • Kompli aqra »

Il-Konferenza tal-Papa abbord it-titjira tolqot diversi suġġetti attwali

  • Pope Francis spoke on the Armenian genocide, the relation of the Church to homosexuals, and Britain’s vote last week to leave the European Union, as well as a host of other topics in a wide-ranging press conference on his flight back to Rome following his Apostolic Voyage to Armenia. Sunday’s in-flight press conference began with questions about the Apostolic Voyage to Armenia that Pope Francis had just concluded…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

  • Festa tal-Knisja: Il-Madonna tas-Sokkors San Mattew 8:18-22 Meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Mbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Ġesù wieġbu: “Imxi warajja, u ħalli  l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom.”   Qaddis tal-jum: San Ċirillu t’Alessandria, Isqof u Duttur tal-Knisja 
  • Kompli aqra »

Il-Madonna tal-Mellieħa tkompli b’insistenza turina lil Ġesù bħala ‘t-Triq’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa

  • Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa, fis-Santwarju li jġib isimha.  Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa 26 ta’ Ġunju 2016   Għażiż Arċipriet, Onorevoli Ministru, Parlamentari, Rispettabbli Sindku, Saċerdoti, Ħuti, Poplu għażiż tal-Mellieħa u anki tant Professjonisti li ħadmu f’dan il-proġett għażiż…
  • Kompli aqra »