Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ġunju

  • San Luqa 9:51-62 Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm.  Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?” Iżda hu dar fuqhom u ċanfarhom. U marru f’raħal ieħor. Huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qallu: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.” U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar ta’ l-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu.” Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja.” Iżda dak wieġbu: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.” Iżda hu wieġbu: “Ħalli l-mejtin jidfnu l-mejtin tagħhom; iżda int mur u xandar is-Saltna ta’ Alla.” U ieħor ukoll qallu: “Jien niġi, Mulej, warajk, imma l-ewwel ħallini nsellem lil  tad-dar.” Qallu Ġesù: “Min iqiegħed idu fuq il-moħriet u jħares lura m’huwiex tajjeb għas-Saltna ta’ Alla.” Qaddisin tal-jum: San Josemaría Escrivá de Balaguer, Beatu Jacques Ghazir Haddad  
  • Kompli aqra »

Il-Madonna tal-Mellieħa tkompli b’insistenza turina lil Ġesù bħala ‘t-Triq’ – L-Arċisqof

L-Arċisqof jinawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa

  • Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna inawgura x-xbieha restawrata tal-Madonna tal-Mellieħa, fis-Santwarju li jġib isimha.  Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa 26 ta’ Ġunju 2016   Għażiż Arċipriet, Onorevoli Ministru, Parlamentari, Rispettabbli Sindku, Saċerdoti, Ħuti, Poplu għażiż tal-Mellieħa u anki tant Professjonisti li ħadmu f’dan il-proġett għażiż…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ġunju

    • San Mattew 8:5-17 Daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq.”Qallu Ġesù: “Niġi jien infejjqu.” “Sinjur,” qallu ċ-ċenturjun, “Ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu, ‘Mur’, u jmur; lil ieħor ngħidlu, ‘Ejja’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu, ‘agħmel dan’, u jagħmlu.” Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil dawk li kienu miexja warajh: “Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din…
  • Kompli aqra »

Isqof Malti għal Ġibiltà

    • Il‑Qdusija Tiegħu l‑Papa Franġisku ħatar lil Mons. Carmelo Zammit Isqof ta’ Ġibiltà. L‑aħbar ingħatat waqt konferenza tal‑aħbarijiet fil‑Katidral ta’ ‘Saint Mary the Crowned’ f’Ġibiltà stess, fil‑preżenza ta’ Mons. Zammit. Mons. Carmelo Zammit huwa mill-Gudja, għandu 66 sena u ġie ordnat saċerdot fl‑1974. Sal‑lum huwa kien il‑Vigarju Ġudizzjali tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, kariga li ilu jservi minn Mejju tal‑2015. L‑Isqof‑elett ta’ Ġibiltà, Mons. Carmelo Zammit, huwa s‑suċċessur tal‑Isqof Ralph Heskett li fl‑2014 inħatar Isqof tad‑Djoċesi ta’ Hallam, f’Liverpool, l‑Ingilterra.  
  • Fl‑ewwel kummenti wara li tħabbret uffiċjalment il‑ħatra tiegħu, l‑Isqof‑elett qal li huwa laqa’ b’emozzjoni ta’ biża imma fl‑istess ħin b’ferħ kbir, ix‑xewqa tal‑Papa Franġisku li jsir Isqof ta’ Ġibiltà…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ġunju

    • Is-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista San Luqa 1:57-66.80 Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha. Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Qalulha: “Ma hemm ħadd li jismu hekk fost qrabatek!” Mbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih, u hu talabhom xi ħaġa fuqiex jikteb, u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb. Dak il-ħin stess Żakkarija nfetaħlu fommu, lsienu nħall, u beda jitkellem u jfaħħar lil Alla. U l-ġirien tagħhom ilkoll qabadhom il-biża’, u bdew ixandru dawn il-ġrajjiet kollha ma’ l-għoljiet kollha tal-Lhudija, u kull min kien jismagħhom kien iżommhom f’qalbu u jgħid: “Mela x’għad ikun dan it-tifel?” U tassew, id il-Mulej kienet miegħu. It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu, u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jagħżel it-tema għall-Jum Dinji għall-Immigranti u r-Refuġjati

  • Pope Francis has chosen the theme for the 103rd World Day of Migrants and Refugees: “Minor migrants, vulnerable and voiceless.” In a statement released on Wednesday, the Pontifical Council for the Pastoral Care of Migrants and Itinerant Peoples said that with that theme, Pope Francis “wants to focus attention on the smallest of the small.” The statement noted that children, who often arrive unaccompanied in their destination countries, “are unable to make their own voices heard” and “easily become victims of grave violations of human rights.” The Council noted that “migration is a worldwide phenomenon,” and that all continents are “touched by this reality.” Migration, it continued, concerns not only those who leave their countries in search of jobs or a better life, but also adults and children who are fleeing “real tragedies.” It is necessary, the Council said, to guarantee that migrants, along with their families, “enjoy the full recognition of all their rights” in the countries in which they arrive…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:21-29 Ġesu qal lid-dixxipli: “Mhux kull min jgħidli, ‘Mulej, Mulej’, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet! F’dak il-jum ikun hemm ħafna li jgħiduli, ‘Mulej, Mulej, m’hux f’ismek ħabbarna aħna, u m’hux f’ismek keċċejna x-xjaten u f’ismek għamilna ħafna mirakli?’ Mbagħad jien ngħidilhom, ‘Lilkom qatt ma kont nafkom! Warrbu minn quddiemi, intom li tagħmlu l-ħażen!’”Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat. Niżlet ix-xita, ġew il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, iżda ma ġġarrfitx għax kellha s-sisien tagħha fuq il-blat. Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel. Niżlet ix-xita, ġew  il-widien, qamu l-irwiefen u ħabtu fuq dik id-dar, u ġġarrfet; u kbira kienet il-qerda tagħha!”Ġara li, meta Ġesù temm dan id-diskors, in-nies baqgħu mistagħġba bit-tagħlim tiegħu, għax hu kien jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba tagħhom…
  • Kompli aqra »

Tmien Saċerdoti Ġodda

  • Il-Knisja f’Malta tifraħ filwaqt li tirringrazzja lil Alla għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ tmien saċerdoti. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ – tlieta minn Ħal Qormi, wieħed mill-Kalkara, wieħed mill-Mosta, wieħed min-Naxxar, wieħed mill-Ordni tal-Minuri Konventwali, u ieħor mill‑Ordni tas-Salesjani ta’ Don Bosco – se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti mill-Arċisqof Charles J…
  • Kompli aqra »

“Il-Madonna sseħibna u tgħidilna ‘ejja’ anke fit-toroq tas-slaleb tagħna” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Santwarju tal-Madonna Ta' Pinu

  • L-Erbgħa 22 ta’ Ġunju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fl-okkażjoni tat- Tifkira tas-sejħa tal-Madonna lil Karmni Grima, fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, Għawdex. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Santwarju Madonna ta’ Pinu 22 ta’ Ġunju 2016   “Tinfirex f’kull żmien” ‑ Dawn huma l‑kliem li aħna nirrepetu kull filgħaxija kif il‑jum ikun riesaq fit‑tmiem tiegħu, u l‑Knisja tinfexx fil‑għanja ta’ filgħaxija…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jibgħat messaġġ għall-konferenza kontra l-piena tal-mewt

  •  
  • Pope Francis has sent a video message to the participants in the Sixth World Conference Against the Death Penalty, taking place this week in Oslo, Norway. The Holy Father put his message in the key of the Year of Mercy, saying, “The Extraordinary Jubilee of Mercy is an auspicious occasion for promoting worldwide ever more evolved forms of respect for the life and dignity of each person.” Pope Francis goes on to say, “It must not be forgotten that the inviolable and God-given right to life also belongs to the criminal.”   Source: Radio Vaticana
  • Kompli aqra »