Arkivji mensili: Ġunju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:15-20 “Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq? Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel. Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmelx frott tajjeb. Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar…
  • Kompli aqra »

Sing Street

  • *** Direttur: John Carney Atturi: Lucy Boynton, Maria Doyle Kennedy, Aidan Gillen, Jack Reynor, Kelly Thornton u Ferdia Walsh-Peelo Ħin tal-Film: 105 min Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.                                                                                                     KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:  12A KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15   Il-familja Lalor li tgħix ġewwa Dublin fir-Repubblika Irlandiża, tinsab għaddejja minn żmien diffiċli ħafna. Is-sena hi l-1985, meta l-Irlanda kienet f’qagħda ekonomika diżastruża b’riżultat li missier Robert, perit, mhux biss kien naqaslu x-xogħol iżda wkoll kellu problema fiż-żwieġ.  F’laqgħa li sejjaħ għall-membri tal-familja tiegħu ħabbar li  ħass il-bżonn li t-tifel iż-żgħir Connor, kien hemm bżonn li jbiddel l-iskola, minn waħda bi ħlas għal waħda tal-istat, bla ħlas, immexxija mill-Christian Brothers
  • Kompli aqra »

Independence Day: Resurgence

  • *** Direttur: Roland Emerich Atturi: Liam Hemsworth, Jeff Goldblum, Bill Pullman, Will Smith Ħin: 120 minuta   Maħruġ minn KRS Releasing Limited.   Klassifika tal-Gvern: 12A Klassifika tal-Knisja: 12A   Għaddew għoxrin sena minn meta l-aljeni kienu invadew id-dinja u ġew megħlubin f’Independence Day. Kullħadd kien jistenna’ li ssir invażjoni oħra u għalhekk il-mexxejja tad-dinja użaw teknoloġija mill-armamenti li l-aljeni kienu ħallew warajhom u kkollaboraw flimkien biex joħolqu programm ta’ difiża enormi biex jipproteġu d-dinja…
  • Kompli aqra »

Race

  • **** Direttur: Stephen Hopkins Atturi:  Stephan James, Jeremy Irons, William Hurt, Jason Sudeikis Ħin: 134 minuti   Maħruġ minn KRS Releasing Limited.   Klassifika tal-Gvern: PG Klassifika tal-Knisja: PG   Fl-1933 Jesse Owens, żgħażugħ iswed, jibda jattendi Ohio State University. Huwa juri li hu atleta kbir u ħadd ma’ jgħaddih fil-ġiri. Il-coach tiegħu, Larry Snyder, mill-ewwel jipproponi li jittrejnah għall-logħob olimpiku tal-1936 li kellhom isiru fil-Germanja…
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Ħares fil-mera qabel tiġġudika lil ħaddieħor

  • Before judging others we should look first in the mirror to see how we, ourselves, appear. That’s what Pope Francis said at Monday morning’s Mass at the Santa Marta guesthouse in the Vatican.  In his last Mass with a Homily there ahead of the summer break, the pontiff pointed out that what distinguishes God’s judgment from ours is not “omnipotence” but “mercy.” Judgment belongs to God alone, so if we do not want to be judged, we should not judge others says Pope Francis…
  • Kompli aqra »

Il-Jum Dinji tar-Refuġjati 2016

Proposti tal-Kummissjoni Emigranti

  • Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tar-Refuġjati (20 ta’ Ġunju, 2016), it-Taqsima Refuġjati tal-Kummissjoni Emigranti tħoss li għandha tipproponi għall-konsiderazzjoni tal-awtoritajiet konċernati u ta’ kulħadd għadd ta’ suġġerimenti dwar il-qagħda tar-refuġjati u persuni oħrajn f’kundizzjoni li tkun tixbah lil dik ta’ refuġjat u li jkunu jinsabu Malta:
    1. Peress li dawk li jingħataw status ta’ refuġjat għandhom id-dritt li joqogħdu Malta indefinittivament, il-Kummissjoni Għolja tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati (UNHCR) mhix tilqa’ t-talbiet tagħhom għal resettlement…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ġunju

  •  San Mattew 7:6.12-14 Ġesu qal lid-dixxipli: Tagħtux lill-klieb dak li hu qaddis, u tixħtux il-ġawhar tagħkom quddiem il-ħnieżer li ma jmorrux jgħaffġuhom b’saqajhom u mbagħad iduru għalikom u jqattgħukom bi snienhom. Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti. “Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha…
  • Kompli aqra »

Laqgħa ta’ Djalogu Ekumeniku

  • Il-Kunsill Ekumeniku ta’ Malta (Christians Together in Malta) qed jorganizza laqgħa ta’ djalogu ekumeniku nhar il-Ħamis 23 ta’ Ġunju 2016, mis-6.30 p.m. sas-7.30 p.m., f’ St Andrew’s House, Triq l-Ifran, il-Belt Valletta (iddur mal-Scots Church f’South Street). It-tema hija “It-tieni miġja ta’ Kristu”. Kulħadd huwa mistieden.
  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob għax-xogħol li qiegħed isir għall-Konċilju pan-Ortodoss

  • Pope Francis on Sunday urged Catholics to pray for the Orthodox leaders from around the world who are holding their ‘Holy and Great Council of the Orthodox Church’ on the Greek island of Crete. As chairman of the Council, Ecumenical Patriarch Bartholomew on Sunday presided at aDivine Liturgy in the Metropolitan Church of St Minas in the capital Heraklion, to officially open the week long meeting…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ġunju

  • San Mattew 7:1-5 Ġesu qal lid-dixxipli: “Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejjlu intom, jitkejjel lilkom. Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu? Ja wiċċ b’ieħor, neħħi l-ewwel it-travu li għandek f’għajnek int, ħalli mbagħad tara sewwa tneħħi t-tibna minn għajn ħuk!  Qaddisin tal-jum: San Silvestru, Papa u Martri, San Albanu, Ġulju u Aaron  
  • Kompli aqra »