Arkivji mensili: Lulju 2016

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

    • San Mattew 20:20-28 Mbagħad resqet lejh omm ulied Żebedew flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi qaltlu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” U Ġesù wieġeb: “Ma tafux x’intom titolbu. Għandkom ħila tixorbuh il-kalċi li se jkolli nixrob jien?” “Għandna,” qalulu. “Il-kalċi tiegħi,” qalilhom, “tixorbuh, iva, imma li wieħed joqgħod fuq il-lemin jew  ix-xellug tiegħi, din m’hijiex ħaġa li nagħtiha jien, imma hi għal dawk li għalihom hi mħejjija minn Missieri.” L-għaxra l-oħra, meta semgħu dan, inkurlaw għaż-żewġt aħwa. Imma Ġesù sejjħilhom u qalilhom: “Tafu intom, fost il-pagani l-kapijiet qegħdin biex jikkmandawhom, u l-kbarat biex iħaddmu fuqhom is-setgħa. Fostkom ma għandux ikun hekk; imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom, u min irid ikun l-ewwel fostkom, għandu jkun l-ilsir tagħkom. Hekk ukoll Bin il-bniedem, ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.” Qaddis tal-jum: San Ġakbu l-Kbir, Appostlu
  • Kompli aqra »

Ittra miftuħa mill-Isqfijiet lill-Membri Parlamentari Maltin dwar il-mewt medikament assistita

  • Onerevoli Membru Parlamentari, Fil‑ġranet li ġejjin se tiġi diskussa, f’xi wħud mill‑Kumitati Permanenti tal‑Parlament, il‑kwistjoni li tqanqlet dan l‑aħħar f’pajjiżna dwar l‑assistenza medika bil‑għan li ttemm direttament il‑ħajja. Bħala l‑Isqfijiet ta’ bosta minn dawk li inti tirrappreżenta fil‑Parlament Malti, qed niktbulek din l‑ittra sabiex nesprimu t‑tħassib tagħna dwar din il‑kwistjoni u fl‑istess waqt naqsmu miegħek dawn ir‑riflessjonijiet etiċi u morali:
    1. Aħna nemmnu bis‑sħiħ fir‑rispett lejn id‑dinjità tal‑ħajja umana li kull ċittadin għandu d‑dritt li jgawdi matul l‑istadji kollha tal‑ħajja, mill‑bidunett tat‑tnissil sal‑mewt naturali…
  • Kompli aqra »

“L-imħabba tagħna trid tkun konkreta, mhux biss bil-kliem” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fiż-Żurrieq

  • Il‑Ħadd 24 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa tal‑Madonna tal‑Karmnu, fil‑Knisja Parrokkjali, iż‑Żurrieq. Wara l-Arċisqof iltaqa’ man-nies u żar ukoll l-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, fl-istess raħal.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Iż-Żurrieq 24 ta’ Lulju 2016   “Fjur tal-Karmelu, dielja bil-frott mghobbija, dija tas-sema”. Dawn il-kliem mis-sekwenza antika fit-tifkira solenni u fil-liturġija tal-Ordni tal-Karmelu, jagħtuna t-tifsira wkoll ta’ dak li l-għolja tal-Karmelu kienet fi żmien għall-poplu ta’ Alla, hi llum u nawguraw li tibqa’…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Lulju

  • San Luqa 11:1-13 Darba kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.” U qalilhom: “Meta titolbu, għidu,                ‘Missier, jitqaddes ismek,              tiġi Saltnatek.              Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum.              U aħfrilna dnubietna,              għax aħna wkoll naħfru lil kull min              hu ħati għalina,              u la ddaħħalniex fit-tiġrib.’ “   Qalilhom ukoll: “Wieħed minnkom ikollu ħabib li jiġih f’nofs ta’ lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għax ġie għandi wieħed ħabib tiegħi mill-vjaġġ u ma għandix x’nagħtih.’ U l-ieħor iwieġbu minn ġewwa u jgħidlu, ‘Iddejjaqnix; issa l-bieb magħluq, u wliedi qegħdin  fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ Ngħidilkom jien, li jekk ma jqumx jagħtih għax ħabib tiegħu, iqum u jagħtih kull ma jkollu bżonn minħabba l-wiċċ sfiq tiegħu…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

  • San Ġwann 15:1-8 “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba  l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija. Jiena d-dielja, intom il-friegħi…
  • Kompli aqra »

Is-Social Media fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

  • As the countdown continues to World Youth Day (WYD) in Krakow, young Catholics from across England and Wales are getting ready to pack their bags for Poland. Many will be going as pilgrims to the event which will be presided over by Pope Francis, but there are also young people who, while there, will be using their skills and talents to communicate the faith…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

  • San Ġwann 20:1-2.11-18 Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, fil-għodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Iżda Marija baqgħet ‘il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu lil Sidi, u ma nafux fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù. Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? …
  • Kompli aqra »

Il-komunità hija l-mod kif Ġesù jwasslek lejn il-Knisja – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiltaqa' mat-300 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neokatekumenali li ser jattendu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016

  • It-Tnejn 18 ta’ Lulju 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mat-300 żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neo-Katekumenali, li se jmorru għall-pellegrinaġġ tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, fi Krakovja, il-Polonja. Il-laqgħa saret fil-Katekumenju, il-Ħamrun.   Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katekumenju, il-Ħamrun 18 ta’ Lulju 2016 Fl-Evanġelju tal-lum, Ġesù juża’ l-parabbola tas-Samaritan it-Tajjeb biex lil dan l-għaref fil-Liġi jgħallmu xi tfisser tkun proxxmu…
  • Kompli aqra »

Jitħabbar il-programm tal-Pellegrinaġġ tal-Papa f’Assisi

  • More details have been released about Pope Francis’ upcoming pilgrimage for the eighth centenary of Franciscan feast of the “Pardon of Assisi.” On 4 Aug, the Pope will make aprivate pilgrimage to Assisi, a small medieval town in the Italian region of Umbria known for being the birthplace of the Franciscan order. While there, he will pray in the Porziuncola chapel, where the feast of the “Pardon of Assisi” originated…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:10-17 Resqu lejh id-dixxipli u staqsewh: “Għaliex tkellimhom bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet; iżda lilhom dan ma kienx mogħti. Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx, u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux. U hekk isseħħ fihom il-profezija ta’ Isaija li tgħid,                  ‘Tisimgħu kemm tisimgħu ma tifhmux,                 u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx…
  • Kompli aqra »