Arkivji mensili: Awwissu 2016

“Nitolbu lil Marija Bambina tgħinna biex qalbna tkun tassew bħal ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tan-Novena tal-festa ta’ Marija Bambina, in-Naxxar

  • Nhar it-Tnejn 29 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fin-Novena bi preparazzjoni għall-festa ta’ Marija Bambina, fin-Naxxar.    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Arċipretali, in-Naxxar 29 ta’ Awwissu 2016   “Int għajn tal-ġonna, int ġiebja t’ilma ġieri, nieżel mil-Libanu” (Għan 4, 15). Din is-silta’ mill-Ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet, hija silta’ min għanja ta’ mħabba…
  • Kompli aqra »

Min qed juża l-internet biex ixewwex…irid jagħti kont quddiem Alla – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-festa ta' San Ġiljan

  • Nhar il-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-festa ta’ San Ġiljan, fl-okkażjoni wkoll tal-125 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa. Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan 28 ta’ Awwissu 2016   “Il-karità teħles mill-mewt u tnaddaf mid-dnubiet u hi mezz biex wieħed isib il-ħniena u l-ħajja ta’ dejjem” (Tob 12, 9)…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

  • San Luqa 14:1.7-14 Darba, kien is-Sibt, daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan’, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post ta’ l-aħħar…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

  • San Mattew 25:14-30 “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu. U siefer. Dak li kien ħa l-ħames talenti mar minnufih iħaddimhom u qala’ ħamsa oħra. Hekk ukoll dak li kien ħa tnejn qala’ tnejn oħra. Iżda dak li ħa wieħed mar ħaffer fl-art u ħeba flus sidu. Wara ħafna, sid dawk il-qaddejja raġa’ lura u beda jagħmel il-kontijiet magħhom. Resaq quddiemu dak li kien ħa ħames talenti u ġieblu ħames talenti oħra…
  • Kompli aqra »

Il-Papa jibgħat l-għajnuna f’Amatrice

  • As a concrete sign of his closeness to the victims of Italy’s earthquake, Pope Francis has sent a team of six firefighters and six Gendarmerie from the Vatican City State to Amatrice, the city in central Italy worst affected by the quake. A statement from the Holy See Press Office said the six firefighters and Gendarmerie would help Italy’s Civil Protection workers search for survivors still under the rubble and assist those already rescued…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

  • San Mattew 25:1-13 Ġesu qal lid-dixxipli din il-parabbola: “Mbagħad is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin,  għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies. L-għarus iddawwar ma ġie, u għalhekk ilkoll ħadhom  in-ngħas u raqdu…
  • Kompli aqra »

Appell għall-għajnuna lill-vittmi tat-terremot fl-Italja

Ġabra fil-Knejjes fi tmiem din il-ġimgħa

  • Fuq talba tal-E.T. Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, Caritas Malta bħala l-aġenzija tal-Knisja f’Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Caritas Internationalis, qed tappella għal kontribuzzjonijiet ta’ flus b’risq dawk il-persuni li tilfu lil qrabathom u djarhom, u lil dawk midruba, kawża tat-terremot li seħħ fl-Italja. Hemm urġenza kbira għall-għajnuna u fost il-vittmi hemm ħafna tfal. Għalhekk, il-ġabra li se ssir fil-parroċċi u fil-knejjes fil-weekend li ġej, is-Sibt 27 ta’ Awwissu filgħaxija u l-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016, ser isservi biex l-Insara jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom biex jiġu megħjuna dawk il-persuni milquta mit-terremot fiċ-ċentru tal-Italja.    Id-donazzjonijiet ta’ flus jistgħu jingħataw ukoll lill-kappillani, jew jitwasslu personalment il-Caritas, jew permezz ta’ ċekk indirizzat lil ‘Caritas Malta Emergency Fund’,  5, Triq l-Iljun, Floriana FRN 1514…
  • Kompli aqra »

Waqt l-Udejnza Ġenerali, Il-Papa Franġisku jitlob ir-rużarju għall-vittmi tat-terremot

  •  In the wake of the powerful earthquake that struck central Italy on Wednesday, Pope Francis at the General Audience postponed his prepared catechesis, and led the faithful gathered in St Peter’s Square in the recitation of the Sorrowful Mysteries of the Most Holy Rosary. The Holy Father expressed his “heartfelt sorrow and spiritual closeness” to all those affected by the earthquake and its aftershocks…
  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Awwissu

  • San Mattew 24:42-51 Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu  l-ħitan ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem. “Intom min tgħidu li hu l-qaddej fidil u għaqli? …
  • Kompli aqra »

Swallows and Amazons

  • *** Direttur: Philippa Lowthorpe Atturi: Andrew Scott, Rafe Spall, Kelly Macdonald, Jessica Hynes, Harry Enfield, Dane Hughes u  Orla Hill Ħin tal-Film: 97 min   Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.   KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: PG KLASSIFIKA TAL-KNISJA: PG   Fis-sena 1935, it-tfal tal-familja Walker, John, Susan, Tatty u Roger, flimkien m’ommhom, kienu għal vaganza ġewwa l-Lake District fit-tramuntana tal-Ingilterra. L-avventura ddur ma’ ġrajjiet interessanti li  jgħaddu minnhom dawn it-tfal…
  • Kompli aqra »