Arkivji mensili: Settembru 2016

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:46-50

    Qamet kwistjoni bejniethom dwar min kien l-akbar fosthom.Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni. Għax min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dak hu l-kbir.” Qabeż Ġwanni u qallu: “Mgħallem, rajna wieħed ikeċċi x-xjaten f’ismek, u ridna nżommuh, għax hu m’huwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qallu: “La żżommuhx, għax min m’huwiex kontra tagħkom, huwa magħkom.”

    Qaddisin tal-jum: San Kosma u San Damian, Martri

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Settembru

  • San Luqa 16:19-31
    Ġesu qal lill-Fariżej: “Mela kien hemm raġel għani, jilbes il-porpra u għażel mill-ifjen; l-hena tiegħu kien li kuljum jagħmel ikla mill-aħjar. U wieħed fqir jismu Lazzru, li kellu ġismu ġerħa waħda, kien imur jinxteħet ħdejn il-bieb ta’ daru, bix-xewqa li jixba’ b’dak li jaqa’ mill-mejda ta’ l-għani. Sa l-klieb kienu jmorru jilagħqu l-ġrieħi tiegħu. Ġara li l-fqir miet, u l-anġli ħaduh fi ħdan Abraham…

  • Kompli aqra »

Aktar minn 190,000 Ewro b’risq il-vittmi tat-terremot fl-Italja

  • F’għeluq ix-xahar mit-terremot li laqat iċ-ċentru tal-Italja, is-somma miġbura s’issa mill-Knisja f’Malta b’risq il-persuni midruba u dawk li tilfu djarhom hi ta’ 190,880 Ewro. Id-donazzjonijiet inġabru mill-parroċċi f’Malta u jinkludu wkoll donazzjonijiet li ġew depożitati direttament
    fil-‘Caritas Malta Emergency Fund’.  

    Din l-inizjattiva, li tħabbret l-għada tat-terremot, saret fuq talba tal-Arċisqof Charles J. Scicluna. Il-ġbir f’ħafna mill-knejjes sar is-Sibt 27 ta’ Awwissu filgħaxija u l-Ħadd 28 ta’ Awwissu 2016. 

    L-Arċisqof jirringrazzja lill-Insara Maltin li bil-ġenerozità tagħhom urew kif, fuq il-passi ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Knisja f’Malta trid tkompli tilħaq lil dawk il-persuni li l-aktar qed ibatu, inkluż dawk lilhinn minn xtutna li tilfu l-għeżież tagħhom u anke djarhom fit-terremot tal-24 ta’ Awwissu li għadda…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:43b-45

    Ġesù qal id-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal.

     

    Festa tal-Knisja: Il-Madonna tal-Ħniena

     

  • Kompli aqra »

“Il-ħarsa ta’ Marija hija ħarsa ta’ ħniena, bħal ta’ Ġesù” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jmexxi pellegrinaġġ lejn is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa

  • Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Settembru 2016, l‑Arċisqof mexxa pellegrinaġġ lejn is‑Santwarju Nazzjonali tal‑Madonna tal‑Mellieħa u wara ċċelebra Quddiesa biswit is-Santwarju.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa

    21 ta’ Settembru 2016

    Il-Qari li għanda kemm smajna huwa meħud mill-Quddiesa votiva bit-titlu sabiħ: Il-Verġni Mqaddsa Marija Għajnuna tal-Insara…

  • Kompli aqra »

The Magnificient Seven

  • **** 

    Direttur: Antoine Fuqua

    Attur: Danzel Washington, Chris Pratt, Ethan Hawke, Vincent D’Onofrio, Byung-hun Lee, Manuel Garcia-Rulfo, Martin Sensmeier, Haley Bennett u Peter Sarsgaard

    Ħin tal-Film: 133 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Raħal ġewwa Mexico, minn żmien għal żmien, kienu jiġi attakkat u misruq minn dak kollu li kellu minn numru ta’ briganti, mmexxija minn Calvera…

  • Kompli aqra »

Live: L-Ingress Solenni tal-Isqof Carmel Zammit f’Ġibiltà

  • Mons. Carmel Zammit, l-Isqof il-ġdid ta’ Ġibiltà, se jingħata l-ħatra f’Ingress Solenni, għada, l-24 ta’ Settembru 2016, f’nofsinhar. L-Arċisqof Charles J. Scicluna se jkun wieħed mill-Isqof Konċelebranti fiċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Il-kleru se jitlaq bil-mixi f’purċissjoni minn John Mackintosh Square għas-servizz fil-Katidral ta’ Santa Marija Inkurunata. 

    Mons. Carmel Zammit kien ordnat Isqof fil-Katidral tal-Imdina iktar kmieni dan ix-xahar, imma se jieħu l-kariga bħala l-Isqof tad-Djoċesi ta’ Ġibiltà, għada.  

    L-Ingress Solenni se tkun imxandra ‘live’ fuq l-istazzjon GBC u r-Radju Gibraltar Plus minn nofsinhar…

  • Kompli aqra »

Il-Papa lill-ġurnalisti: il-verità u r-rispett lejn id-dinjità tal-bniedem

  • Pope Francis on Thursday met with the Italian National Council of the Order of Journalists, telling them that truth, professionalism and respect for human dignity were essential elements in their work.

    Meeting with the assembled Italian journalists in the Vatican’s Clementine Hall on Thursday, Pope Francis told them that there were few professions that have “so much influence on society like that of journalism.” He noted that they are usually the ones who are there to record what he called,  the “first draft of history”, “the building of the news agenda and introducing people to the interpretation of events.”

    He also noted that the journalistic profession was one that was continually adapting to changes in the way people digest news through new forms of media…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

  • San Luqa 9:18-22

    Darba, waqt li kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu  d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti ta’ l-imgħoddi.” Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla.” Mbagħad ikkmandahom u qalilhom ħafna biex ma jgħidu lil ħadd b’dan…

  • Kompli aqra »

Governanza Tajba

  • F’ Jum l-Indipendenza, l-Arċisqof Charles J. Scicluna rrefera għal erba’ valuri – l‑unità, it‑tjubija, il‑verità u s‑sbuħija – bħala kriterju għal governanza tajba. L-Arċisqof semma kif Gvern għandu jfittex l‑unità nazzjonali. B’kuntrast, il-governanza li tifred hija tradiment u velenu għall-ġid komuni tas-soċjetà. Kull Gvern għandu jħares ukoll il-valur tat-tjubija, fejn il-ġid komuni ma jiġix issagrifikat għall-egoiżmu tal-ftit. It-tielet valur hija l-verità…

  • Kompli aqra »