Arkivji mensili: Ottubru 2016

“Il-Mulej huwa ħerqan li jagħtikom il-qawwa tiegħu”- L-Arċisqof

L-Arċisqof jamministra s-Sagrament tal-Griżma lill-adoloxxenti fil-Knisja tal-Baħrija

  • Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna amministra s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof lill-adoloxxenti, fil-Knisja tal-Baħrija.

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Knisja tal-Baħrija
    23 ta’ Ottubru 2016

    Qed nieħu pjaċir li intom iż-żagħażagħ se tirċievu s-sagrament tal-Griżma u nixtieq li tisimgħuni sew f’dawn il-ftit riflessjonijiet.

    Illum smajna Evanġelju sabiħ ħafna li għandu tagħlima importanti li nixtieqkom ma tinsew qatt, mhux intom biss imma anke l-parrini għeżież tagħkom, u l-ġenituri, ilkoll kemm aħna…

  • Kompli aqra »

50 sena mit-twaqqif tal-Parroċċa għall-Ġermaniżi f’Malta

    • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Ġermaniża li tgħix Malta, f’għeluq il‑50 sena mit‑twaqqif tal‑Parroċċa Santa Barbara.
      Il‑Quddiesa ser issir nhar il‑Ħadd 30 ta’ Ottubru 2016, fil‑11:30 a.m., fil‑Knisja ta’ San Franġisk, il‑Belt Valletta.

      Kulħadd huwa mistieden.

  • Kompli aqra »

Il-Papa: ‘l-unika soluzzjoni għall-kriżi tal-immigrazzjoni hija s-solidarjetà’

  • Pope Francis on Wednesday called for solidarity with migrants and refugees.

    Speaking to the crowd gathered in St. Peter’s Square for the weekly General Audience, the Pope reflected on two particular corporal works of mercy – welcoming the stranger and clothing the naked – and said that the growing numbers of refugees fleeing war, famine and dire poverty calls us to welcome and care for these brothers and sisters…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

  • San Luqa 13:31-35

    Dak il-ħin stess resqu fuqu xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok.” U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi, ‘Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm…

  • Kompli aqra »

Il-mexxejja tal-Knisja u tad-dinja m’għandhomx jintrabtu ‘mas-siġġu’ – L-Arċisqof

Diskors tal-Arċisqof fl-Oratorju dwar il-Beata Marija Adeodata Pisani

  • Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna attenda l-Oratorju ‘Maria Adeodata – Is-Soru li Ħabbet’, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Dan l-Oratorju ittella’ fl-anniversarju mill-210 sena mit-twelid tal-Beata Marija Adeodata Pisani u l-15-il sena minn meta l-Papa San Ġwanni Pawlu II iddikjaraha beata, fuq il-Fosos tal-Furjana.

     
    Diskors tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina
    14 ta’ Ottubru 2016

    Nirringrazzja lil  to Mro Ray Zammit, lill-liriċista’ Paul Ellul li tawna dan ix-xogħol straordinarjament  sabiħ…

  • Kompli aqra »

L-Ordinazzjoni ta’ Ħames Djakni

  • Tliet seminaristi u żewġ patrijiet Franġiskani ser jiġu ordnati djakni mill‑Arċisqof Charles J. Scicluna, nhar il‑Ġimgħa 28 ta’ Ottubru 2016, waqt Quddiesa li tibda fis‑6 p.m., fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

    Ser jiġu ordnati djakni: Sinclair Bugeja mill‑Parroċċa tal‑Familja Mqaddsa, l‑Iklin, Clive Camilleri O.F.M., Ramon Farrugia O.F.M. u Ryan Lee Pace mill‑Parroċċa tal‑Madonna tal‑Karmnu, il‑Gżira, u Mark Spiteri mill‑Parroċċa ta’ San Filep ta’ Aġġira, Ħaż‑Żebbuġ…

  • Kompli aqra »

Il-Ġublew tal-Familja

  • Fl-Eżortazzjoni Appostolika ‘Amoris Laetitia’ (Il‑Ferħ tal‑Imħabba), il-Papa Franġisku jgħid li ‘l-ġid tal-familja hu deċiżiv għall-ġejjieni tad-dinja u tal-Knisja’ (par. 31). 

    Il-Knisja f’Malta ser tiċċelebra l-familja fit-30 ta’ Ottubru 2016, permezz ta’ ġurnata ta’ attivitajiet fis-Seminarju tal-Arċisqof, Tal-Virtù. Dan il-jum jibda fid-9:00 a.m. b’Quddiesa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna, u jinkludi attivitajiet sportivi għall‑familja, animazzjoni għat‑tfal, u mużika fost affarjiet oħra. Bil-għajnuna ta’ workshops, spazji ta’ talb, servizz ta’ counselling u qrar, il-familji qed jiġu mistiedna jagħrfu aktar is-sejħa tal-familja bħala benniena ta’ ħniena u bażi ta’ soċjetà b’saħħitha…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: Is-Saltna ta’ Alla tikber bil-ħlewwa mhux bl-‘organization charts’

  • Pope Francis said God’s Kingdom grows through its members showing docility and warned Christians against concentrating too much on structures and organization charts. He was speaking during his morning Mass on Tuesday celebrated in the chapel of the Santa Marta residence.

    Taking his inspiration from the day’s readings, Pope Francis reflected on the nature of God’s Kingdom during his homily, saying it is not a fixed structure but constantly evolving and describing what helps it to grow…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

    • San Luqa 13:22-30

      Huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?” U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb  id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx. Għax meta sid id-dar ikun qam jagħlaq il-bieb, intom tibqgħu barra, u tibdew tħabbtu l-bieb u tgħidu, ‘Mulej, iftħilna.’ Iżda hu jweġibkom u jgħid, ‘Ma nafx mnejn intom.’ Mbagħad taqbdu tgħidulu, ‘Kilna u xrobna miegħek aħna, u int għallimt fil-pjazez tagħna.’ Hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx mnejn intom; morru minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li m’hux sewwa!’ Hemmhekk ikun hemm il-biki u tgħażżiż tas-snien, meta taraw lil Abraham u lil Iżakk u lil Ġakobb u l-profeti kollha fis-Saltna ta’ Alla, u intom imkeċċija ‘l barra…

  • Kompli aqra »