Arkivji mensili: December 2016

L-Arċisqof jagħti l-awguri għas-Sena l-Ġdida lill-awtoritajiet tal-Istat

  • It-Tlieta 27 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi laqgħu lill-awtoritajiet tal-Istat għall-iskambju tal-awguri fl-okkażjoni tas-Sena l-Ġdida, fil-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta. 

    Fil-preżenza tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat, l-Arċisqof irringrazzja lil Gvern Malti tal-koperazzjoni sħiħa li ssib il-Knisja, li flimkien qed jaħdmu f’ambjent demokratiku, fejn id-drittijiet ta’ kull persuna jiġu mħarsa u rispettati…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

  • San Mattew 2:13-18

    Meta telqu, deher anġlu tal-Mulej f”ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ‘l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.” Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ‘l ommu billejl u telaq lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi, biex hekk iseħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, ‘Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni.’  Erodi mbagħad, meta ra li l-maġi kienu daħku bih, nkorla  bis-sħiħ, u bagħat joqtol f’Betlehem u fl-inħawi kollha tagħha lit-tfal subjien kollha ta’ minn sentejn ‘l isfel, skond iż-żmien li sar jaf mingħand il-maġi…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

  • San Ġwann 20:2-8
    Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej  mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!” Pietru u d-dixxiplu  l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar. It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar. Tbaxxa, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Mbagħad wasal warajh Xmun Pietru, daħal fil-qabar, u ra l-faxex ta’ l-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex, imma mitwi u mqiegħed f’post għalih…

  • Kompli aqra »

Il-Milied: Ħajja, dawl, grazzja u verità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  • Il‑Ħadd 25 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa Stazzjonali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. 

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube   Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Konkatidral ta’ San Ġwann
    25 ta’ Diċembru 2016

    “Lil Alla għadu ħadd ma rah, imma għarrafhulna l-Iben il-waħdieni ta’ Alla li hu fil-ħdan il-Missier” (Ġw 1, 18)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

  • San Mattew 10:17-22
    Oqogħdu attenti mill-bnedmin! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom, itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom…

  • Kompli aqra »

“Ejjew nitolbu biex fil-kultura tagħna jibqa’ qawwi r-rispett tat-tarbija fil-ġuf” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra l-Quddiesa ta' Nofsillejl fil-Katidral tal-Imdina

  • Is‑Sibt 24 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna mexxa t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl, fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina. 
    Agħfas hawn biex tara r-ritratti kollha taċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa.

    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube

    Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Katidral ta’ l-Imdina
    24 ta’ Diċembru 2016

    Ippermettuli nikkwota l-ewwel antifona li l-Knisja għanniet il-bieraħ filgħaxija hekk u bdejna niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

  • Festa tal-Knisja: Is-Solennita tat-Twelid tal-Mulej (Il-Milied), Quddiesa tal-jum

    San Ġwann 1:1-18

    Fil-bidu kien il-Verb,
    u l-Verb kien ma’ Alla,
    u l-Verb kien Alla.
    Hu kien fil-bidu ma’ Alla.
    Kollox bih sar,
    xejn ma sar mingħajru;
    kull ma sar kellu l-ħajja fih,
    u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin.
    Id-dawl jiddi fid-dlam,
    imma d-dlam ma għelbux…

  • Kompli aqra »

Il-Messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna minn Pjazza San Pietru, il-Vatikan

  • Qegħdin fi Pjazza San Pietru f’dan il-lejl qaddis tal-Milied. Nixtieq inwasslilkom l-awgurju tiegħi propju minn din il-pjazza li tilqa’ eluf u eluf ta’ Kattoliċi li jiġu biex jisimgħu l-leħen tal-Papa Franġisku, is-suċċessur ta’ Pietru.

    Din is-sena għandna l-presepju li ħejja l-artist Għawdxi Manwel Grech u li r-Repubblika ta’ Malta, il-Gvern Malti, rregala lill-Papa Franġisku. Ħdejn il-presepju hemm siġra sabiħa li ġiet mill-provinċja ta’ Trento fl-Italja…

  • Kompli aqra »

“Irridu nkomplu l-missjoni ta’ Ġesù billi nkunu man-nies” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jagħti l-awguri tal-Milied lilll-impjegati tal-Kurja u r-rapprezentanti tal-entitajiet tal-Arcidjocesi ta' Malta

  • Il-Ġimgħa 23 ta’ Diċembru 2016, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Emeritus Pawlu Cremona O.P. u l-Vigarju Generali Mons. Joe Galea Curmi, awguraw Milied ħieni lil impjegati tal-Kurja, tal-Caritas, tat-Tribunal Ekklezjastiku, tas-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija, tal-Kummissjonijiet u s-Segretarjati differenti, filwaqt li apprezzaw il-ħidma fejjieda li dawn iwettqu tul is-sena kollha.

    Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    23 ta’ Diċembru 2016

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-preżenza tagħkom…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

  • San Luqa 2:1-14

    F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha. Dan kien l-ewwel ċensiment li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja. U kulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu. Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nazaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila…

  • Kompli aqra »