Arkivji mensili: Jannar 2017

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

    • San Mark 16:15-18

      U qal lil ħdax: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

      Festa tal-Knisja: Il-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, appostlu – Festa 

  • Kompli aqra »

Messaġġ fil-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni: Nikkomunikaw it-Tama u l-Fiduċja fi Żmienna

  • The Vatican has released Pope Francis’ Message for the 51st World Day of Social Communications. The theme of this year’s message is “Fear not, for I am with you”: Communicating Hope and Trust in our Time. The World Day of Social Communications is celebrated in almost all countries on the Sunday before Pentecost. The message is being issued on  24 January, the feast of St…

  • Kompli aqra »

Il-Papa: L-espressjoni mafjuża tal-kultura tal-mewt, opposta għall-Evanġelju

  • “The Mafia is an expression of the culture of death that is opposed to the Gospel.” Those were Pope Francis’ words to members of the Italian National Antimafia and Antiterrorism Directorate who he received on Monday in the Vatican.

    Meeting with the Italian National Antimafia and Antiterrorism directorate in the Vatican on Monday, Pope Francis expressed his appreciation for the difficult and risky work they do in the fight against organized crime and terrorism…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Jannar

  • San Mark 3:31-35
    Darba ġew ommu u ħutu, baqgħu barra u bagħtu jsejjħulu. Dak il-ħin kien hemm ħafna nies bilqiegħda madwaru. “Ara”, qalulu, “ommok u ħutek qegħdin hemm barra u jriduk.” U hu weġibhom: “Min huma ommi u ħuti?” Mbagħad dawwar ħarstu fuq dawk li kien hemm madwaru bilqiegħda, u qal: “Dawn, ara, huma ommi u ħuti. Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija, u oħti, u ommi.”

    Saint of the day: San Franġisk de Sales, Duttur tal-Knisja

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jiltaqa’ ma persuni neqsin mis-smigħ

  • Il-Ħadd 22 ta’ Jannar 2017, l-Arċisqof Charles J. Scicluna iltaqa’ mal-persuni nieqsa mis-smigħ u kellu l-opportunità jisma’ d-diffikultajiet, ix-xewqat u l-aspirazzjonijiet tagħhom biex iħossuhom aktar inklużi u parteċipi fil-ħajja tal-Knisja bħala membri sħaħ tagħha.

    Fil-kummenti tiegħu waqt din il-laqgħa l-Arċisqof Charles J. Scicluna talab lill-Għaqda biex isir kuntatt mas-Seminarju ħalli s-seminaristi jkollhom aktar għarfien tal-realtà tal-persuni nieqsa mis-smigħ u biex iħajru seminaristi jitgħallmu l-Lingwa tas-Sinjali Maltija.  Huwa semma l-importanza li l-Knisja toffri is-servizz tal-interpreti tal-Lingwa tas-Sinjali għall-katekiżmu u okkażjonijiet speċjali oħra.  L-Arċisqof wera x-xewqa wkoll li l-Knisja tkompli tiżviluppa servizzi biex il-persuni b’nuqqas ta’ smigħ, imorru f’liema knisja jmorru għall-quddies, iħossuhom inklużi…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: l-għeġubijiet tas-saċerdozju ta’ Kristu

  • The great wonders of the priesthood of Christ, who offered Himself, once for all, for the forgiveness of sins; and who now intercedes for us before the Father; and who will return to bring us with Him: those are the three stages of the priesthood of Christ highlighted by Pope Francis during his homily at the morning Mass at the Casa Santa Marta…

  • Kompli aqra »

xXx: Return of Xander Cage

  • ****

    Direttur: D. J. Caruso

    Atturi: Vin Diesel, Donnie Yen, Deepika Padukone, Kris Wu, Ruby Rose, Tony Jaa, Nina Dobrev, Toni Collette u Samuel l. Jackson

    Ħin tal-Film: 91 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd.

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Xander Cage jiddeċiedi li joħroġ mill-iżolament li kien daħal fih xi ftit snin ilu, għaliex fuq talba tas-CIA, ħass il-ħtieġa li jinvolvi ruħu f’qagħda serja li nħolqot meta arma li kienet tidher li setgħet tagħmel ħafna ħsara, kienet insterqet b’mod vjolenti…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

  • San Mark 3:22-30
    Il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan għandu fih lil Begħelżebul,” u wkoll, “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.” Hu sejjħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli: “Kif jista’ x-Xitan ikeċċi x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa. U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa. Li kieku mela x-Xitan qam kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista’ jżomm sħiħ, imma jkun wasal fit-tmiem…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Jannar

  • San Mattew 4:12-23

    Meta Ġesù sama’ li kienu arrestaw lil Ġwanni, warrab lejn il-Galilija. Telaq minn Nazaret u mar joqgħod Kafarnahum, qrib il-baħar, fl-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Isaija, meta qal,

                            ‘Art ta’ Żebulun, u art ta’ Naftali,

                            It-triq tal-baħar, art ‘il hemm

                            mill-Ġordan, Galilija tal-ġnus! …

  • Kompli aqra »

L-Orizzont tkompli xxerred akkużi foloz fuq il-Knisja

  • Il‑Kurja tal‑Arċisqof tesprimi d‑diżappunt tagħha għall‑attakki inġusti bbażati fuq akkużi foloz li ‘l‑Orizzont’, il‑ġurnal tal‑General Workers Union, qiegħed jippersisti bihom fil‑konfront tal‑Arċisqof u tal‑Knisja f’Malta. Dawn l‑attakki huma bbażati fuq allegazzjonijiet foloz. Fost dawn, fil‑ġurnal ‘l‑Orizzont’ tal‑bieraħ u tal‑lum, kien hemm allegazzjoni għal kollox mhux vera dwar impjegata fl‑Ufficcju Missjunarju. Dan l‑Uffiċċju, li ma jiffurmax parti mill‑Kurja iżda minn organizzazzjoni internazzjonali li hija awtonoma u li taqa’ direttament taħt il‑Papa, se jkun qed jieħu passi legali fil‑konfront tal‑ġurnal…

  • Kompli aqra »