Arkivji mensili: Lulju 2017

Jalla li din il-parroċċa tkun art tajba, li hi u tinżera’ fiha l-Kelma, tagħmel il-frott – L-Arċisqof lill-Ġużeppini Misidjani

Festa San Ġużepp, Imsida

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Parroċċa tal-Imsida

    15 ta’ Lulju 2017

    “Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba, huwa dak li jisma’ l-kelma u jifhimha, u tassew hu jagħmel il-frott; dan jagħmel mija, dak sittin, u l-ieħor tletin” (Mt 13, 23).

    Ġesù jgħid parabbola, tixbieha u, każ uniku, jispjegaha…

  • Kompli aqra »

Nixfa fl-Italja: Il-Vatikan jitfi l-funtani minħabba l-ħela ta’ ilma

  • In-nixfa kbira li qed tolqot bħalissa lil Ruma u ż-żoni tal-madwar qed tħalli effett anke fuq il-Vatikan hekk kif ħa miżuri sabiex ma jaħlix ilma.

    Fil-fatt, ill-Vatikan iddeċieda li jitfi l-funtani kollha li għandu, kemm dawk it-tnejn li hemm fi Pjazza San Pietru, kif ukoll il-funtani li jinsabu fil-Ġonna tal-Vatikan.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet anke fid-dawl tat-tagħlim tal-Papa Franġisku li hemm fl-Enċiklika Laudato Si

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

  • Festa ta’ San Ġakbu

    San Mattew 20:20-28

    F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.”

    Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi, “Aħna dixxipli tal-Mulej?”

Festa tal-Madonna tal-Karmnu

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu, Valletta

    16 ta’ Lulju 2017

    Il-Madonna tal-Karmnu, meta nħarsu lejn ix-xbihat tagħha, ngħarfuha minn żewġ elementi importanti. Meta nħarsu lejn xbieha tal-Madonna tal-Karmnu, aħna d-devoti mdorrijin infittxu mill-ewwel il-labtu qaddis li għandha f’idejha. Il-labtu huwa libsa, imma t-tifsira tagħha hija libsa ta’ virtùjiet…

  • Kompli aqra »

Il-festa ta’ San Kalċidonju: Ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil-Kurja

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata quddiesa fil‑kappella ddedikata lil dan il‑qaddis, li tinsab fil‑bini tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din ser issir illum it‑Tnejn, 24 ta’ Lulju 2017, fis‑6.30 p.m, u ser tiġi ċċelebrata mill‑Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi. Fis‑6.00 p.m. ser jingħad ukoll ir‑rużarju.

    Ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li nbniet apposta, dahar ma’ dahar mal‑kappella prinċipali fil‑bini tal‑Kurja…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:38-42

    F’dak iż-żmien, xi wħud mill-kittieba u l-Fariżej qabdu u qalu lil Ġesù: “Mgħallem, xtaqna kieku naraw sinjal mingħandek”. Iżda hu weġibhom: “Sinjal iridu nisel ħażin u infidil! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief dak tal-profeta Ġona. Għax kif Ġona għamel tlitt ijiem u tlitt iljieli f’żaqq il-ħuta, hekk ukoll Bin il-bniedem għad jagħmel tlitt ijiem u tlitt iljieli fil-qalba tal-art…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Lulju

  • San Mattew 13:24-43

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies din il-parabbola: “Is-saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie l-għadu tiegħu, żara’ s-sikrana qalb il-qamħ u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid l-għalqa u qalulu: “Sinjur, int mhux żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa tiegħek? …

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Lulju

  • Santa Marija Maddalena – Festa

    San Ġwann 20:1-2.11-18

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »

Cars 3

  • ***

    Direttur:          Brian Fee

    Ilħna:               Owen Wilson, Cristella Alonzo, Chris Cooper, Armie Hammer, Bonnie Hunt, Larry the Cable Guy, Nathan Fillion u Lea DeLaria

    Ħin tal-Film:   109 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       U

    Hekk kif l-istaġun tal-Piston Cup ikun fl-aqwa tiegħu, Lightning McQueen qiegħed isib ruħu fid-dell ta’ Jackson Storm li llum il-ġurnata kien jagħmel parti minn generazzjoni ġdida ta’ karozzi tat-tlielaq b’użu ta’ teknoloġija ġdida li għenet mhux ftit biex ittejjeb l-eżekuzzjoni waqt il-konkors…

  • Kompli aqra »

The Beguiled

  • ***

    Direttur:          Sofia Coppola

    Atturi:              Colin Farrell, Nicole Kidman, Kirsten Dunst, Elle Fanning,  Angourie Rice, Oona Laurence, Emma Howard u Addison Riecke

    Ħin tal-Film:    94 min.

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Martha Farnsworth tmexxi skola tal-bniet ġewwa Virginia fi żmien meta ġewwa l-Amerika kienet għaddeja Gwerra Ċivili…

  • Kompli aqra »