Arkivji mensili: Settembru 2017

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

  • San Luqa 8:1-3 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qagħad idur l-ibliet u r-rħula, jipprietka u jxandar l-Evanġelju tas-Saltna ta’ Alla.

    Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kien fejjaqhom mill-ispirti ħżiena u mill-mard: Marija, li kienu jgħidulha ta’ Magdala, li minnha kienu ħarġu seba’ xjaten, Ġwanna, mart Ħuża, prokuratur ta’ Erodi, Susanna, u ħafna oħrajn, li kienu jaqduhom minn ġidhom…

  • Kompli aqra »

Nippromwovu l-Ġid Komuni – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza 2017

Quddiesa Pontifikali f'Jum l-Indipendenza, fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.

  •  Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    21 ta’ Settembru 2017

    Għal San Tumas ta’ Akwinu, li għex fis‑seklu tlettax, il‑liġi hija “il‑ħakma tar‑raġuni biex jintlaħaq il‑ġid komuni” (ordinatio rationis ad bonum commune). Din il‑ħakma tar‑raġuni hija l‑essenza tal‑ġustizzja, dik il‑virtù kardinali li tnissel u trawwem relazzjoniet fis‑soċjetà skont kriterju ġust u ekwu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

  • Festa – San Mattew

    San Mattew 9:9-13

    F’dak iż-żmien, huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh.

    U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? …

  • Kompli aqra »

Dokumentarju dwar il-Papa Franġisku se jintwera għall-ewwel darba f’Malta

Id-dokumentarju se jintwera s-Sibt, 23 ta' Settembru 2017, fis-Santwarju tal-Ħniena Divina, in-Naxxar

  •  
  • The Divine Mercy Sanctuary in  will hold the premiere in Malta of the documentary “Leadership and Pope Francis”, this Saturday, 23rd September 2017. The director of the film, the journalist Antonio Olivié, will be present for a Q&A at the end of the screening. He is the CEO of Rome Reports TV, the broadcast that has produced a documentary that collects advice from personalities such as Andrea Bocelli and Garry Kasparov, among others, about their style of leadership, and the style of Pope Francis at the head of the Catholic Church…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa Pontifikali f’Jum l-Indipendenza

  • Il-Ħamis 21 ta’ Settembru 2017, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

    Il-Quddiesa tibda fid-10:00 a.m.

  •  
    Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa fuq YouTube
  • Kompli aqra »

President ġdid tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi (K.S.M.R.)

Patri Ray Francalanza jinħatar President tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi

  • Patri Ray Francalanza OSA ġie elett President tal-Konferenza Superjuri Maġġuri Reliġjużi (K.S.M.R.). Dan wara li s-Superjuri Maġġuri Rġiel u Nisa tal-Ordnijiet Reliġjużi f’Malta u f’Għawdex iltaqgħu biex jivvutaw għal President ġdid tal-K.S.M.R. F’Lulju li għadda, il-kariga ta’ president kienet vakanti bir-riżenja ta’ Patri Martin Micallef OFM Cap li kien ilu jservi f’din il-kariga mill-2013.

    Il-Kunsill tal-K.S.M.R. huwa ffurmat minn:

  • Kompli aqra »

Importanti naħdmu għall-għaqda ta’ bejnietna – L-Arċisqof fil-festa ta’ San Bert

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali San Bert, Ħal Għargħur

    22 ta’ Awwissu 2017

    Illum qegħdin niċċelebraw it-tifkira jew il-festa ta’ Marija Sultana u lill-kappillan tlabtu li naqraw l-Evanġelju tat-tieġ ta’ Kana għaliex immedjatament qabel dan ir-rakkont li għadna kemm smajna u li jagħtina ħjiel ta’ kemm il-Madonna tieħu ħsiebna, għax hi, malli ndunat li ma kienx hemm inbid, inkwetat daqskemm inkwetaw l-għarajjes u qaltlu: “Ma baqgħalhomx inbid”, u Ġesù qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu, mara?”…

  • Kompli aqra »

“F’Tas-Sliema hawn faqar ġdid: il-faqar ta’ min jiftaħ it-tieqa u quddiemu jara biss konkos u siment” – L-Arċisqof

Quddiesa tal-pussess ta' Patri Paul Attard bħala l-kappillan il-ġdid tal-Parroċċa tas-Sacro Cuor, f'Tas-Sliema

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja tal-Madonna tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema

    3 ta’ Settembru 2017

    “Nitlobkom ħuti, għall-ħniena ta’Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom” (Rum 12, 1).

    Għażiż Fr Paul Attard, inti u tibda l-missjoni tiegħek ta’ kappillan f’din il-parroċċa ddedikata lil Sidtna Marija tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù, nawguralek li toffri ħajtek, mhux biss ġismek imma wkoll ruħek u qalbek b’sagrifiċċju ħaj, qaddis li jogħġob lil Alla, li toffri ħajtek għal dan il-poplu…

  • Kompli aqra »

Hu privileġġ li toffru kenn lill-istudenti – L-Arċisqof lill-għalliema tal-iskejjel tal-Knisja

L-Arċisqof Charles J. Scicluna jiltaqa' mal-għalliema, l-LSAs u l-KGAs il-ġodda li se jibdew jgħallmu fl-iskejjel tal-Knisja

  •  
    Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-għalliema
  • 18 ta’ Settembru 2017

    Nixtieq nagħtikom kelma ta’ inkoraġġiment u ta’ gratitudni mhux biss lill-ġodda imma anke lill-Head of Department li ilu jaħdem f’dan is-settur. Nieħu l-opportunità, anke bħalma nagħmel kull sena, li nirringrazzja anke lis-staff tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija.

    Dis-sena xtaqt li l-ewwel nett, lill-ġodda, nitlobkom biex fl-iskejjel fejn tkunu tidħlu fl-ethos tal-iskola…

  • Kompli aqra »

Provinċjal ġdid għall-Franġiskani Kapuċċini f’Malta

  • Patri Effie Mallia OFM CAP inħatar bħala l-Ministru l-Provinċjal il-ġdid tal-Provinċja tal-Aħwa Kapuċċini Maltin.

    Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Ministru Ġeneral tal-Aħwa Minuri Kapuċċini, Patri Mauro Johri, flimkien mal-Kunsill Ġenerali tiegħu. 

    Patri Effie Mallia twieled fil-11 ta’ Lulju 1951 fil-Marsa. Daħal mal-Ordni tal-Kapuċċini fil-11 ta’ Awwissu 1968 u għamel in-novizzjat tiegħu fil-kunvent tar-Rabat, Għawdex.

    Aktar tard, fis-26 ta’ Ġunju 1977, għamel il-voti Perpetwi fi ħdan l-Ordni…

  • Kompli aqra »