Arkivji mensili: Ottubru 2017

Filmat: Is-saltna tad-dritt trid tkun ukoll realtà ta’ kuljum – L-Arċisqof u d-delegazzjoni Maltija fil-Vatikan għal (Re)thinking Europe

  • Ir-reazzjonijiet tad-delegazzjoni Maltija
  •  
  • Bejn ilbieraħ u llum delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna qed tattendi għall-kungress internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’ fil-Vatikan, organizzat mill-Kummissjoni tal‑Konferenzi tal‑Isqfijiet Ewropej (COMECE) u s-Santa Sede.

    Fid-diskors tiegħu lit-350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, l-Arċisqof Charles J. Scicluna tkellem dwar l-importanza tal-bini ta’ pontijiet u s-solidarjetà bejn il-popli Ewropej, biex flimkien jaslu “għall-konvinzjoni li l-ġid ta’ pajjiż u ta’ poplu huwa wkoll il-ġid ta’ pajjiż u poplu ieħor.”

    L-Arċisqof saħaq li quddiem l-isfidi li għaddejja minnhom bħalissa l-Ewropa, iċ-ċittadin Nisrani għandu post ċentrali għaliex l-aspirazzjonijiet fundamentali tal-Ewropa huma wkoll aspirazzjonijiet Insara…

  • Kompli aqra »

Live: Il-Papa Franġisku jindirizza lill-parteċipanti tal-kungress (Re)thinking Europe

  •  
  • Illum, is-Sibt 28 ta’ Ottubru 2017, fil-5:30 p.m., il-Papa Franġisku se jagħlaq il-kungress internazzjonali ta’ jumejn bl-isem ta’ ‘(Re)thinking Europe’, li qed isir fil-Vatikan.

    Għal dan il-kungress qed jattendu aktar minn 350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, bil‑għan li jikkontribwixxu għal riflessjoni kostruttiva dwar l‑isfidi li qed tiffaċċja l‑Ewropa.

    Għal dan il-kungress qed tattendi wkoll delegazzjoni Maltija mmexxijja mill‑Arċisqof Charles J…

  • Kompli aqra »

In-Nunzju Appostoliku jingħata merbħa fid-Dar tal-Providenza

  • In-Nunzju Appostoliku ġdid għal Malta, l-E.T. Mons. Alessandro D’Errico għamel l-ewwel żjara uffiċċjali tiegħu fid-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi. Huwa kien milqugħ mid-Direttur tad-Dar, Fr Martin Micallef, u ltaqa’ mar-residenti u l-carers tagħhom. Mons. D’Errico sab ħin biex iżur il-kappella u l-mużew u l-qabar ta’ Dun Mikiel Azzopardi kif ukoll jara b’għajnejh il-faċilitajiet u l-ħidma li ssir fil-pixxina terapewtika u fiċ-Ċentru Agrikolu San Isidor…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

  • San Xmun u San Ġuda – Festa

    San Luqa 6:12-16

    Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla.

    Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh…

  • Kompli aqra »

The Death of Stalin

  • ****

    Direttur:          Armando Iannucci

    Atturi:              Jason Isaacs, Rupert Friend, Andrea Riseborough, Olga Kurylenko, Steve Busscemi, Jeffrey Tambor, Richard Brake u Paddy Considine

    Ħin tal-Film:    106 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18

    Fil-bidu tas-seklu għoxrin, hekk kif faqqgħet ir-Revoluzzjoni Bolxevika mmexxija minn Vladimir Lenin (1870-1924), beda żmien ikraħ ħafna għar-Russja u dan kompla taħt id-dittatur Joseph Stalin (1879-1953)…

  • Kompli aqra »

My Little Pony: The Movie

  • ****

    Direttur:          Jayson Thiessen

    Ilħna:               Uzo Aduba, Ashleigh Ball, Emily Blunt, Kristin Chenoweth, Taye Diggs, Andrea Libman, Michael Pena, Zoe Saldana, Liev Schreiber u Sia

    Ħin tal-Film:    99 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 U

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    Il-poni tal-Equestria bdew jħejju ruħhom għall-ewwel Festival ta’ Ħbiberija, issorveljati mill-Prinċipessa Twilight Sparkle…

  • Kompli aqra »

Delegazzjoni Maltija fil-Vatikan għall-Kungress Internazzjonali

Il‑Knisja tistieden ukoll lill-politiċi

  • L‑Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna, u l‑Isqof ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech, jinsabu l‑Vatikan għall‑kungress internazzjonali ‘(Re)Thinking Europe’. Din il‑laqgħa ta’ djalogu li tibda llum ser tlaqqa’ flimkien aktar minn 350 parteċipant mit‑28 pajjiż tal‑Unjoni Ewropea, fosthom rappreżentanti għolja tal‑Knisja u mexxejja politiċi Ewropej, bil‑għan li jikkontribwixxu għal riflessjoni kostruttiva dwar l‑isfidi li qed tiffaċċja l‑Ewropa.

    Id‑delegazzjoni Maltija mmexxijja mill‑Arċisqof Scicluna tinkludi lil Dr Aaron Farrugia, Segretarju Parlamentari għall‑Fondi Ewropej u d‑Djalogu Soċjali, Dr Roberta Metsola, Membru Parlamentari Ewropej, Dr Vanni Xuereb, Kap tal‑MEUSAC, u r‑Rev…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

  • San Luqa 12:54-59 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew.

    Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? U għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa? …

  • Kompli aqra »

Konferenza Teoloġika dwar ir-Riforma ta’ Luteru

  • Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru u l-għada s-Sibt,  id-Dipartiment tat-Teoloġija Fundamentali u Dommatika flimkien mal-Għaqda Studenti tat-Teoloġija, se jorganizzaw konferenza internazzjonali mifruxa fuq jumejn, bit-titlu hu ‘The Spirit of Reformation: 500 years On’.

      Il-konferenza se tesplora l-isond storiku, il-kwistjonijiet teoloġiċi u l-impatt pastorali li ħalliet ir-Riforma ta’ Luteru, 500 sena wara li daħlet fis-seħħ.   

    Il-Ġimgħa, il-konferenza tibda fis-6pm b’introduzzjoni mir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Prof…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

  • San Luqa 12:49-53 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

    Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”…

  • Kompli aqra »