Arkivji mensili: Diċembru 2017

L-Enċiklika ‘Laudato Si” tkun ta’ ispirazzjoni għal soluzzjonijiet ambjentali

  • Pope Francis’ encyclical letter, Laudato Si’, published in 2015, was hailed as a heartfelt appeal for the future of planet earth, or, as the pope puts it, a call to all people to take “care of our common home”.

    Among the many responses to that call is an initiative by private investors inviting entrepreneurs and start-up companies to develop ideas responding to the challenges spelt out in Laudato Si’

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

  • San Mattew 10:17-22 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani. Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif sa titkellmu jew x’sa tgħidu, għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu. Għax mhux intom tkunu li titkellmu, imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom…

  • Kompli aqra »

“Illum il-ġnus kollha raw is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna” – L-Arċisqof f’Jum il-Milied

  • L-Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta

    25 ta’ Diċembru 2017

    Is-silta mill-Ktieb tal-Profeta Isaija li tiftħ il-qari qaddis f’din it-tielet Quddiesa tal-Milied, il-Quddiesa tal-jum, tinsisti ħafna fuq din il-grazzja kbira li fl-aħħar l-ġnus jistgħu jaraw lill-Mulej.

    Il-Mulej jixxandar bħala dak li jġib ir-risq, bħala dak li jġib is-salvazzjoni, bħala dak li jġib il-ferħ (ara Is 52, 7)…

  • Kompli aqra »

“Ma nistgħux niftħu qalbna għal Alla mingħajr ma niftħu qalbna għal xulxin” – L-Arċisqof f’Lejlet il-Milied

  • Omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2017

    F’dawk l-inħawi kien hemm xi ragħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom billejl u dehrilhom anġlu tal-Mulej. Il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: It-tama hi l-qalb tal-Milied

  • In his homily at Christmas Mass “During the Night” in St Peter’s Basilica, the Pope reflects on how, with the birth of Jesus, everything becomes a source of hope.

    The Christmas story is retold every year with all the places, people and themes we know so well: the stable, the shepherds, the birth. But perhaps the very familiarity of the story can distract us or cause us to forget the messages that lie at its heart…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

  • It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

    San Ġwann 1:1-18 

    Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin. Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux.

    Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2017

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dan il‑lejl qaddis insellem lilkom, għeżież ħuti Maltin u Għawdxin. F’dan il‑lejl il‑Mulej jistedinna nersqu lejh. L‑isem tiegħu, Ġesù, ifisser li Alla jixtieq ħafna jsalvana. Isem ieħor tiegħu, Għimmanu‑El, ifisser li għandu għatx li jkun magħna, Alla magħna. 

    Dan il‑Milied għażilt li l‑messaġġ tiegħi nwasslu mill‑Katidral tal‑Imdina fejn hawn presepju Naplitan mill‑isbaħ…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Milied lill-emigranti mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  • Messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2017

    Huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dan il‑lejl qaddis insellem lilkom, għeżież ħuti Maltin u Għawdxin. F’dan il‑lejl qaddis il‑Mulej jistedinna nersqu lejh. L‑isem tiegħu, Ġesù, ifisser li Alla jixtieq ħafna jsalvana. Isem ieħor tiegħu, Għimmanu‑El, ifisser li għandu għatx li jkun magħna, Alla magħna. 

    Għażilt li dan il‑Milied il‑messaġġ tiegħi nwasslu mill‑Katidral tal‑Imdina fejn hawn presepju Naplitan mill‑isbaħ…

  • Kompli aqra »

Irid ikollna r-rieda li nilqgħu lil Ġesù f’qalbna – L-Arċisqof

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt 'Milied Flimkien'

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Milied Flimkien, il-Belt Valletta

    23 ta’ Diċembru 2017

    Għażiża President ta’ Malta, Onorevoli Prim Ministru u Sinjura Muscat, Sur Speaker u Sinjura Farrugia, u anke lil Dr Delia u lil Dr Vella de Fremaux,

    L-ewwel nett nirringrazzjakom ħafna tal-istedina biex inwassal messaġġ tal-okkażjoni li jrid ikun messaġġ reliġjuż…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi għal żmien il-Milied

  • Lejlet il-Milied – Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl
  • Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Diċembru 2017, lejlet il-Milied, fil-11:00 p.m., l‑Arċisqof ser imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina.

  • Nhar il-Milied – Quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu
  • Nhar it-Tnejn, 25 ta’ Diċembru 2017, nhar il-Milied, fl-10:30 a.m., l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »