Yearly Archives: 2017

Fil-Parlament għandna bżonn naraw eżempju ta’ djalogu ċivili, demokratiku, infurmat u miftuħ – L-Arċisqof lill-iSpeaker

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

    27 ta’ Diċembru 2017

    Mr Speaker, għażiż Dr Farrugia, nirringrazzja lilek u lill-Membri Parlamentari tal-preżenza tagħkom. Nixtieq ukoll nuri l-apprezzament tal-Knisja, tal-poplu, tax-xogħol li jsir b’dedikazzjoni kbira. Espressjoni li tħobb tuża ħafna Mr Speaker hija li l-Parlament tagħna, għax aħna demokrazija u jirrapreżenta lill-poplu, huwa l-ogħla istituzzjoni demokratika tal-pajjiż…

  • Kompli aqra »

Il-ġustizzja hija bbażata fuq il-verità li ma tħares lejn wiċċ ħadd – L-Arċisqof lill-Ġudikatura

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Ġudikatura fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta

    27 ta’ Diċembru 2017

    Jien nixtieq nirringrazzjak ħafna Sur Imħallef Micallef, u nixtieqek twassal it-tislija tagħna lill-Prim Imħallef u anke l-gratitudni tagħna lejh talli f’okkażjonijiet importanti u istituzzjonali jaf ukoll ikun il-vuċi tal-poplu li, wara kollox, aħna lkoll qed nippruvaw naqdu u nservu…

  • Kompli aqra »

Kemm qatel tfal innoċenti r-Re Erodi?

  • Ever since the 5th century the Church has commemorated a separate day in memory of the children killed by King Herod after Jesus’ birth. Matthew is the only one to record the event and the details surrounding it are slim.

    Then Herod, when he saw that he had been tricked by the wise men, was in a furious rage, and he sent and killed all the male children in Bethlehem and in all that region who were two years old or under, according to the time which he had ascertained from the wise men…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

  • Il-Qaddisin Innoċenti, Martri – Festa

    San Mattew 2:13-18 

    Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”. Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi…

  • Kompli aqra »

Preżentazzjoni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna lill-awtoritajiet statali ta’ replika tal-istatwa ta’ Kristu Re f’għeluq iċ-ċentinarju mill-inawgurazzjoni tagħha (1917 – 2017)

  • The XXIV International Eucharistic Congress, held in Malta between the 23rd and 27th April 1913 and presided over by Cardinal Domenici Ferrata, as papal legate on behalf of Pius X, deeply marked the very consciousness of our people. In a period marked by the crusade against modernism, this event celebrated both the orthodox faith of the Maltese as well as their ultramontane devotion to the Apostolic See, by placing it on the international stage…

  • Kompli aqra »

The Greatest Showman

  • *****

    Direttur:          Michael Gracey

    Atturi:              Hugh Jackman, Zac Efron, Michelle Williams, Rebecca Ferguson, Zendaya, Keala Settle, Yahya Abdul-Mateen, Austyn Johnson, Cameron Seely u Daniel Everidge

    Ħin tal-Film:    105 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       PG

    P.T. Barnum, waqt li kien qiegħed jakkumpanja lil missieru, ħajjat, għand sinjur kbir biex iġġarrablu libsa, jitfa’ ħarstu fuq Charity, it-tifla ta’ dan il-benestant…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Diċembru

  • San Ġwann 20:2-8 

    Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa: Filgħodu kmieni meta kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar. Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u għand id-dixxiplu l-ieħor il-maħbub ta’ Ġesù, u qaltilhom: “Qalgħu l-Mulej mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh”.

    Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar…

  • Kompli aqra »

Urbi et Orbi: Il-Papa jsejjaħ għall-paċi fl-Art Imqaddsa u mad-dinja kollha

  • Pope Francis reaffirmed his commitment to the Israeli-Palestinian peace process on Monday, Christmas Day, 2017, and called for an end to war and injustice everywhere, in the name of Our Lord, “Prince of Peace” and reconciler of humanity to God the Father. The Pope made his remarks ahead of the urbi et orbi benediction – the traditional blessing given “the city and to the world” on Christmas Day and on other special days throughout the year. 

    “We see Jesus in the children of the Middle East who continue to suffer because of growing tensions between Israelis and Palestinians,” Pope Francis said…

  • Kompli aqra »

Minn kurja għal dar … aktar minn 400 persuna jingħaqdu ma’ Caritas Malta għall-ikla tal-Milied

  • Għal jum il-Milied, il-Kurja tal-Arċisqof inbidlet f’post ta’ wens. Għat-tielet sena konsekuttiva, Caritas Malta, f’isem il-Knisja f’Malta, fetħet idejha għal dawk il-persuni li m’għandhom lil ħadd ma’ min iqattgħu dan iż-żmien ta’ festi u ferħ.

    Grazzi għal Caritas Malta u għall-voluntiera tagħha, aktar minn 400 persuna attendew għall-ikla tal-Milied.

    Il-kurituri tal-Kurja nbidlu f’sala kbira tal-ikel: intramaw l-imwejjed, is-siġġijiet, it-tapit l-aħmar, il-platti u l-posati, il-fran u anke tpoġġew l-borom fuq in-nar…

  • Kompli aqra »