Arkivji mensili: Jannar 2018

Żgħażagħ mill-Azzjoni Kattolika jitolbu għall-paċi waqt l-Anġelus

  • Hundreds of boys and girls, members of Catholic Action Rome joined Pope Francis for the Angelus on Sunday. The children were taking part in an intiative called “Caravan of Peace,” processing to St Peter’s Square to bear witness to thir desire for peace. 

    Greetings for Pilgrims

    After the recitation of the Marian prayer, and following appeals for Afghanistan and for those suffering from leprosy, the Pope welcomed visitors from around the world, with particular greetings for pilgrims from Spain, Slovenia, and Italy. 

    The youth of Catholic Action

    He then turned his attention to the young people of Catholic Action…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Tmien Kanonċi ġodda għall-Kapitlu Metropolitan

  • Fil-festa tal-Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina, il-Ħadd, 28 ta’ Jannar 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ta l-pussess lil tmien kanonċi l-ġodda tal-Kapitlu Metropolitan.

    Dawn huma: Mons. Emmanuel Agius, Mons. Richard Borg, Mons. Joseph Brincat, Mons. Vincent Cachia, Mons. Joseph Farrugia, Mons. Hector Scerri, Mons. Alfred Vella u Mons. Edgar Vella.

  • Ir-ritratti kollha jinsabu fuq il-websajt tar-Ritratti Uffiċjali tal-Knisja f’Malta.

  • Ritratti: Uffiċċju Komunikazzjoni Kurja – Ian Noel Pace

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

  • San Mark 5:1-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu…

  • Kompli aqra »

Live: Quddiesa fil-festa tal‑Konverżjoni ta’ San Pawl l-Appostlu

  • L-Arcisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra l-Quddiesa Solenni tal‑Konverżjoni ta’ Missierna San Pawl, fil‑Katidral tal‑Imdina, dalgħodu, il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fid-9:00 a.m.

    Qabel il-Quddiesa ser issir iċ-ċerimonja tal-investitura fejn l-Arċisqof ser jagħti l-pussess lill‑Kanonċi l‑ġodda tal‑Kapitlu Metropolitan. Dawn huma: Mons. Emmanuel Agius, Mons. Richard Borg, Mons. Joseph Brincat, Mons. Vincent Cachia, Mons. Joseph Farrugia, Mons. Hector Scerri, Mons. Alfred Vella u Mons…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 28 ta’ Jannar

  • San Mark 1:21-28

    F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

    Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? …

  • Kompli aqra »

“Tgħallem jagħti ħajtu bħala Kapuċċin u ta ħajtu sal-mewt bħala isqof missjunarju” – L-Arċisqof dwar l-Isqof Emanuel Barbara

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Katidral tal-Imdina
    27 ta’ Jannar 2018

    “Kemm huma sbieħ fuq il-muntanji r-riġlejn ta’ min iħabbar il-bxara, ta’ min ixandar is-sliem, ta’ min iħabbar ir-risq, ta’ min ixandar is-salvazzjoni u jgħid lil Sijon: ‘Alla tiegħek isaltan’” (Is 52, 7-8).

    I would like to greet all our friends who have come over from Kenya to pay their respects to their dear Bishop Emanuel…

  • Kompli aqra »

Vigarju Ġudizzjali ġdid għat-Tribunal Metropolitan ta’ Malta

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lil Dun Brendan Gatt bħala Vigarju Ġudizzjali tat‑Tribunal Ekkleżjastiku tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta, bid‑data effettiva tas‑7 ta’ Jannar 2018, festa ta’ San Rajmondu ta’ Peñafort, il‑qaddis patrun ta’ dawk li jagħtu servizz fil-qrati tal-Knisja.

    Dun Brendan Mark Gatt twieled fil‑25 ta’ Marzu 1978. Huwa rċieva l‑edukazzjoni primarja u sekondarja fil‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu. F’Settembru 1997 daħal is‑Seminarju tal‑Arċisqof, Tal‑Virtù, filwaqt li studja l‑Filosofija u t‑Teoloġija fl‑Università ta’ Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

  • San Mark 4:35-41 

    Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

    U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”. 

    Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! …

  • Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa tal-funeral tal-Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap.

  • Il‑Quddiesa praesente cadavere tal‑Isqof Emanuel Barbara O.F.M. Cap., għada, is-Sibt, 27 ta’ Jannar 2018, fis‑2 p.m., fil‑Katidral tal‑Imdina. Jippresiedi l‑Quddiesa l‑Arcisqof Charles J. Scicluna.

    Illejla fis‑7:00 p.m. ser jiġi ċċelebrat l‑Għasar tal‑Mejtin fil‑Knisja tas‑Salib Imqaddes (tal‑Kapuċċini), il‑Furjana.

    L‑Isqof Emanuel Barbara, Isqof ta’ Malindi, il‑Kenja, miet fil‑5 ta’ Jannar li għadda fir‑residenza tiegħu f’Malindi. Huwa kellu 68 sena…

  • Kompli aqra »

Filmat: Taf x’inhu s-Sinodu tal-Isqfijiet fuq iż-Żgħażagħ 2018?

  • F’Ottubru li ġej, l-isqfijiet tal-pajjiżi kollha tad-dinja ser jiltaqgħu fil-Vatikan biex jiddiskutu l‑aspettattivi, il‑bżonnijiet, ix‑xewqat, il‑biżgħat u r‑relazzjonijiet taż‑żgħażagħ fid‑dinja tal‑lum, kif ukoll l‑isfidi tal‑Knisja biex twassal il‑messaġġ pastorali tagħha liż‑żgħażagħ. Fil-fatt, it-tema tas-Sinodu hi “Iż-żgħażagħ, il-fidi u d-dixxerniment vokazzjonali’.

    Imma ż-żgħażagħ jafu x’inhu s-Sinodu tal-Isqfijiet? Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, il-Malta Catholic Youth Network ser twassal aktar tagħrif dwar dan…

  • Kompli aqra »