Arkivji mensili: Lulju 2018

€164,000 għall-maratona Oħloq Tbissima

  • Il-maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) intemmet biċ-ċifra ta’ €164,067.

    Matul is-60 siegħa, il-pubbliku ipparteċipa f’Quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja.  Il-programm inkluda diskussjonijiet, intervisti, kant u żfin, logħob, il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u anke l-banda tal-Pulizija u diversi attivitajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha…

  • Kompli aqra »

The First Purge

  • **

    Direttur:           Gerard McMurray

    Atturi:              Y’Lan Noel, Lex Scott Davis, Joivan Wade, Mugga, Christan Robinson, Lauren Velez, Kristen Solis, Marisa Tomei, Patch Darragh, Maria Rivera u Chyna Layne

    Ħin tal-Film:    97 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18       

    Skeletor, miġnun minħabba l-vizzju tad-droga, jirrivela l-ħsibijiet koroħ li kellu fosthom ix-xewqa li jagħmel “purge” billi jisfoga l-mibegħda tiegħu fuq in-nies…

  • Kompli aqra »

Mamma Mia! Here We Go Again

  • *****

    Direttur:          Ol Parker

    Atturi:              Lily James, Amanda Seyfried, Meryl Streep, Dominic Cooper, Pierce Brosnan, Stellan Skarsgard, Christine Baranski, Colin Firth, Cher u Julie Walters

    Ħin tal-Film:    114 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Fl-1979, Donna Sheridan, żagħżugħa ferrieħa, mimlija kuraġġ u entużjażmu, flimkien ma’ ħbiebha Tanya u Rosie, magħrufa t-tlieta bħala “Donna and The Dynamos”, jiggradwaw mill-Università ta’ Oxford…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:46-50 

    F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”.

    Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti…

  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Kalċidonju

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fil‑kappella ddedikata lil dan il‑qaddis fil‑bini tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din ser issir għada t‑Tlieta, 24 ta’ Lulju 2018, f’nofsinhar. Ir-residenti tal-Furjana u dawk kollha li jaħdmu f’din il-lokalità huma mistiedna jattendu.

    Ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li tinsab eżatt wara l‑kappella prinċipali fil‑Kurja. Ir‑relikwi tal‑qaddis nġiebu Malta miċ‑ċimiterju ta’ Pretestato, fl‑Italja, fl‑1753…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

  • San Ġwann 15:1-8 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Lulju

  • San Mark 6:30-34 

    F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

    Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom…

  • Kompli aqra »

Meta tfittex it-tjubija, l-imħabba, is-sbuħija, is-sewwa, il-verità u l-ġustizzja, tkun qed tfittex lill-Mulej – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli
    20 ta’ Lulju 2018

    Magdala huwa raħal ċkejken fuq ix-xatt ta’ għadira kbira; din l-għadira fl-Art Imqaddsa tant hi kbira li nsejħulha l-Baħar ta’ Tiberijade jew il-Baħar tal-Galilija imma hija lag, għadira tal-ilma ħelu li huwa l-ilma mix-Xmara Ġordan li mbagħad jinġabar f’din l-għadira kbira, imbagħad jerġa’ joħroġ minn din l-għadira u jibqa’ sejjer lejn il-Baħar il-Mejjet…

  • Kompli aqra »

L-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju Elett Mons. Joseph Galea Curmi

L-arma araldika u l-motto tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

  • L-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, ser issir is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018, fil-Katidral tal-Imdina, fis-7 p.m. Il-Quddiesa ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna filwaqt li l-Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.

    Lejlet l-ordinazzjoni, il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, fis-7:30 p.m., ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:14-21 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm.

    Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! …

  • Kompli aqra »