Arkivji mensili: Lulju 2018

L-Isqof Awżiljarju elett intervistat minn The Malta Independent

  • Human life has to always be cherished, whether it is in the form of eight cells in the womb, or in the form of a person in the middle of the Mediterranean Sea, said Auxiliary Bishop Elect Joseph Galea Curmi on the Malta Independent’s online interview programme Indepth.

    Interviewed by The Malta Independent Editor-in-Chief Rachel Attard, Galea Curmi appealed that just because a people were coming from African countries, we should never speak of them as if they were “a piece of furniture” as opposed to being humans. “That is a terrible thing”, Mgr…

  • Kompli aqra »

Kunċert b’xejn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ser torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku. Dan se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, fit-8pm.

    Il-kunċert Exultet se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri Camisasca, kant-awtur Taljan, flimkien ma’ mużiċisti oħra mill-Italja. Il-kunċert se jdum madwar 80 minuta.

    Għalkemm dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, dawk kollha li jixtiequ jattendu jridu jiksbu l-biljetti tagħhom minn www.ticketline.com.mt…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:1-8 

    Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

    U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? …

  • Kompli aqra »

Jekk il-bniedem jitlob xi ħaġa li hi kontra l-Liġi ta’ Alla, l-għażla għandha tkun ċara, inkella għad baqagħlu x’jitgħallem biex jimita lil San Sebastjan – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Sebastjan, Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

    14 ta’ Lulju 2018

    Fil-qari li għadna kemm smajna llum waqt li nibdew s-solennità ta’ San Sebastjan, il-kelma biża’ dehret u smajnieha kemm-il darba. Fl-Ewwel Qari smajna ħsieb sabiħ għal dawk li jibżgħu mill-Mulej…

  • Kompli aqra »

Filmat: Qanpiena ġdida għall-Katidral tal-Imdina

  •  

  • L-Erbgħa,18 ta’ Lulju 20l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek qanpiena ġdida li ser tieħu post l-eqdem qanpiena li kien hemm sa issa fil-Katidral tal-Imdina u li nħadmet fl-1499.

    Il-qanpiena l-ġdida nħadmet mill-Fonderija Paccard f’Annecy, fin-nofsinhar ta’ Franza, biex tixbah liż-żewġ qniepen li hemm fil-kampnari, u li nħadmu minn Prospero Barigozzi fl-1958 f’Milan. Il-qanpiena l-ġdida tiżen 170kilogramma u hija intonata li ddoqq in-nota D biex tieħu post il-ħoss tal-qanpiena l-qadima…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:28-30

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:25-27 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok.

    Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf lill-Iben jekk mhux il-Missier, kif ħadd ma jagħraf lill-Missier jekk mhux l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”…

  • Kompli aqra »

Skyscraper

  • *****

    Direttur:          Rawson Marshall Thurber

    Atturi:              Dwayne Johnson, Neve Campbell, Chin Han, Roland Moller, Noah Taylor, Byron Mann, Pablo Schreiber, Hannah Quinlivan, Jason Day, Byron Lawson u Elfina Luk

    Ħin tal-Film:    102 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:            12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                 12

    Will Sawyer, eks-espert militari fis-sigurtà, għaxar snin ilu kien involut fi ġrajja ta’ ħatfa ta’ ostaġġi…

  • Kompli aqra »

Incredibles 2

  • *****

    Direttur:          Brad Bird

    Ilħna:               Craig T. Nelson, Holly Hunter, Sarah Vowell, Huck Milner, Samuel L. Jackson, Bob Odenkirk u Catherine Keener

    Ħin tal-Film:    118 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Tliet xhur wara id-disfatta tas-Syndrome, il-familja Parr: Bob, Helen, Dash, Violet u Jack-Jack, ikomplu joperaw bħala s-supereroji, taħt l-identità tagħhom: The Incredibles

  • Kompli aqra »