Arkivji mensili: Diċembru 2018

Il-Papa Franġisku waqt l-Urbi et Orbi: ‘Xewqti għall-Milied hi l-fraternità”

  • Pope Francis’ revealed his “wish for a happy Christmas” as a “wish for fraternity” during his Christmas Urbi et Orbi message. To those physically present in St Peter’s Square and to all joining through the media, the Pope renewed the angel’s song: “Glory to God in the highest”… and invited all to “halt in wonder” as the shepherds did and to silently “fall to our knees and worship”…

  • Kompli aqra »

Abbatini Maltin iqattgħu l-Milied mal-Papa Franġisku

  • Għall-ewwel darba l-Għaqda tal-Abbatini Maltin intalbet mill-Pre-Seminarju tal-Vatikan biex għal dan il-Milied tibgħat abbatini Maltin jaqdu fil-Quddies li jsiru fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. Dun Frans Bonnici, id-Direttur tal-Għaqda Abbatini Maltin laqa’ bil-ferħ din l-istedina. Hekk ukoll l-abbatini u l-ġenituri tagħhom kienu ferħanin li l-abbatini jilqgħu din l-istedina. Grupp ta’ abbatini bħalissa qegħdin fil-Vatikan għas-servizz liturġiku u nhar il-Ġimgħa, grupp ieħor ser imur il-Vatikan għall-ġranet ta’ qabel u wara l-Ewwel tas-Sena…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Diċembru

  • San Stiefnu, l-Ewwel Martri – Festa Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-10; 7,54-59
    Salm 30

    L-Evanġelju: Mattew 10, 17-22

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-bniedem! Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati u jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom; itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani…

  • Kompli aqra »

“It-twelid ta’ kull tarbija huwa sinjal ta’ tama u stedina għar-responsabbiltà” – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  •  

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

    24 ta’ Diċembru 2018

    L-Evanġelju tat-twelid ta’ Ġesù jibda b’nota storika: “F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha” (Lq 2:1). It-tieni nota storika hija li dak iċ-ċensiment kien “l-ewwel wieħed li sar meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja” (Lq 2:2)…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

  • It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Is 52, 7-10
    Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6
    It-Tieni Qari: Lhud 1, 1-6

    L-Evanġelju: Ġwanni 1, 1-18

  • Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

  •  

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Knisja Parrokkjali, San Ġiljan

    24 ta’ Diċembru 2018

    Insellem lill‑poplu Malti u Għawdxi f’dan il‑jum qaddis tal‑Milied. In‑noti sbieħ tal‑għanja O Lejl ta’ Skiet jew Silent Night ifakkruna li din l‑għanja għażiża, u nistgħu ngħidu wkoll popolari, twieldet propju 200 sena ilu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 1-5.8b-12.14a.16
    Salm: 88 (89), 2-3.4-5.27 u 29

    L-Evanġelju: Luqa 1, 67-79

  • F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:

    “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna…

  • Kompli aqra »

Live: Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi għal żmien il-Milied

  • Lejlet il-Milied – Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl Nhar it-Tnejn, 24 ta’ Diċembru 2018, lejlet il-Milied, fil-11:00 p.m., l‑Arċisqof ser imexxi t‑talba tal‑Liturġija tas‑Sigħat fil‑Quddiesa ta’ Nofsillejl fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral tal‑Imdina.

     

  • 

     

  • Nhar il-Milied – Quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu Nhar it-Tlieta, 25 ta’ Diċembru 2018, nhar il-Milied, fil-11:00 a.m., l‑Arċisqof ser jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

“Bħala komunità Nisranija rridu nkunu xhieda tad-dinjità tal-bniedem” – L-Arċisqof

L-Isqfijiet jagħtu l-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida lill-pubbliku

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana
    23 ta’ Diċembru 2018

    L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja ħafna lil kull min ġie biex flimkien naqsmu t-tislija sabiħa tal-Milied. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-media u lil tant nies li permezz  tal-media se jirċievu dan il-messaġġ. Il-messaġġ tiegħi għal din is-sena huwa messaġġ ta’ ringrazzjament lil Alla ta’ dak kollu li aħna bħala komunità Nisranija f’Malta u f’Għawdex qegħdin nagħmlu biex inkunu xhieda tal-imħabba ta’ Ġesù…

  • Kompli aqra »