Arkivji mensili: Diċembru 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Diċembru

  • Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Mikea 5, 1-4a
    Salm: 79 (80), 2aċ u 3b. 15-16. 18-19
    It-Tieni Qari: Lhud 10, 5-10

    L-Evanġelju: Luqa 1, 39-45

  • F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

    “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

L-aħħar tħejjijiet għall-ikla tal-Milied tal-Caritas fil-Kurja tal-Arċisqof

  •  

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi flimkien mad-direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt, dalgħodu ltaqgħu mal-voluntiera li qed iħejju għall-ikla ta’ Jum il-Milied fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana, għal dawk li jinsabu weħidhom u li huma mġarrba mis-solitudini. Din is-sena għal din l-ikla ser jattendu madwar 500 persuna. Din hija r-raba’ sena konsekuttiva li Caritas Malta qed torganizza din l-ikla fil-Kurja, bl-appoġġ ta’ Alf…

  • Kompli aqra »

Beacon Media Group jaħtar bord ġdid ta’ diretturi li jmexxi t-tkabbir

  • The shareholders of Beacon Media group announced the new board of directors as well as the editorial board. The group brings together all its media entities, mainly RTK, Newsbook and Media Centre.

    Chaired by Dr Gege Gatt, the new board of directors brings together an exciting blend of experiences ranging from legacy media to digital communication and operational management to theology…

  • Kompli aqra »

L-uffiċċji tal-Kurja magħluqin

  • Mit-Tnejn 24 ta’ Diċembru 2018, sal-Erbgħa 2 ta’ Jannar 2019 (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar il-Ħamis, 3 ta’ Jannar 2019. 

    Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom l-isbaħ xewqat għal Milied qaddis.

     

  • Kompli aqra »

Milied ta’ solidarjetà

Messaġġ waqt 'Milied Flimkien'

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta

    20 ta’ Diċembru 2018

    L-ewwel nett nixtieq insellem ħafna lill-President tal-Repubblika u lis-Sur Edgar Preca, lill-Onor. Prim Ministru u lis-Sinjura Michelle Mucat, lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Dr Anġlu Farrugia u lill-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Adrian Delia. Nirringrazzja anke lilkom hawn preżenti u lil dawk li qegħdin isegwuna permezz tal-mezzi tax-xandir…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 24-28
    Salm: 1 Sam 2, 1.4-5.6-7.8abċd

    L-Evanġelju: Luqa 1, 46-55

  • F’dak iż-żmien, qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu…

  • Kompli aqra »

F’San Ġwann hemm it-tama li l-umanità se teħles mid-dlam – L-Arċisqof

Omelija waqt Quddiesa tal-Milied mal-ħaddiema tal-Kurja

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Kappella tal-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

    19 ta’ Diċembru 2018

    F’dawn il-ġranet nisimgħu r-rakkonti li jippreċedu t-twelid tal-Messija u llum għandna tħabbira importanti fost il-ħafna tħabbiriet li qed niċċelebraw f’dawn il-jiem fl-aħħar ġimgħa tal-Avvent qabel propju l-Milied.

    Illum għandna t-tħabbira ta’ Gabrijel lil Żakkarija…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14 jew Sof 3, 14-18a
    Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

    L-Evanġelju: Luqa 1, 39-45

  • F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! …

  • Kompli aqra »

Ingħaqad magħna dan il-Milied

  • 23 ta’ Diċembru 2018 Bdil tal-awguri tal-istaġun lill-isqfijiet fil-Kurja tal-Arċisqof il-Furjana bejn l-10am u 12pm.
    24 ta’ Diċembru 2018
    Għanjiet tal-Milied u l-Quddiesa ta’ Nofsillejl, fil-Katidral tal-Imdina, fil-11pm. 25 ta’ Diċembru 2018

    Quddiesa tal-Milied fil-Konkatidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta, fil-11am.

    Iċ-ċelebrazzjonijiiet liturġiċi ta’ żmien il-Milied se jixxandru ‘live’ fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta

     

  • Kompli aqra »

L-irwol tal-Oppożizzjoni f’pajjiż demokratiku – L-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-Kap tal-Oppożizzjoni fil-bdil tal-awguri tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Il-Palazz tal-Arċisqof, il-Belt Valletta
    20 ta’ Diċembru 2018

    Nirringrazzjak ħafna Dr Delia tal-kliem ġentili tiegħek u anke nagħtik l-awguri għall-Milied u għas-Sena l-Ġdida anke għaliex din se tkun sena movimenta wkoll. Lill-Prim Ministru għedtlu li jien ippreokkupat ftit bil-kwistjoni tal-Brexit u l-impatt kemm fuq il-Gran Brittanja u forsi anke fuq l-Ewropa, speċjalment jekk ikun hemm l-hekk imsejjaħ no-deal Brexit għaliex imbagħad jibda staġun ta’ inċertezza kbira f’diversi affarijiet fosthom minħabba l-konnessjoni storika tagħna, u l-istorja tagħna konnessa ħafna miegħu…

  • Kompli aqra »