Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

  • San Ġakbu, Appostlu – Festa

    San Mattew 20:20-28 

    F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.”

    Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu…

  • Kompli aqra »

San Ġużepp huwa l-patrun ta’ kull min jitlaq lill-art twelidu biex jipproteġi lil familtu. Min hu bħalu, kif nitkellmu fuqu u nittrattawh? – L-Arċisqof

Quddiesa fl-Imsida fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġużepp

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Knisja Parrokkjali, l-Imsida
    13 ta’ Lulju 2018

    F’din il-parabbola Ġesù jitkellem dwar it-talenti. Fi żmienu t-talent kienet somma flus u kienet sena paga. Il-paga ta’ ġurnata kien id-denarius, ismu miegħu, il-paga ta’ ġurnata. Imma t-talent kien sena sħiħa paga…

  • Kompli aqra »

Il-messaġġ tal-Arċisqof waqt il-maratona televiżiva Oħloq Tbissima 2018

  • Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Dar San Ġużepp, Santa Venera
    20 ta’ Lulju 2018

    L-appell tiegħi huwa għall-ġenerożità tal-poplu tagħna. Il-fathers ġustament tkellmu fuq il-pajjiżi li għandhom l-esperjenza sabiħa tal-preżenza tal-Missjunarji ta’ San Pawl, esperjenza li taf lill-imħabba kbira ta’ Mons. De Piro bħala fundatur u tant ġenerazzjonjiet ta’ żgħażagħ Maltin li taw ħajjtihom anke fl-artijiet tal-missjoni u għadhom jagħmlu hekk…

  • Kompli aqra »

Ittra lill-ġenituri li jieħdu t-tfal tagħhom għall-Quddiesa u jagħmlu l-istorbju, ġimgħa wara ġimgħa

  • Dear exhausted, discouraged parents,

    So your kids are just terrible in Mass. Chaotic, disobedient, and disruptive, week after week. It’s like a big old spotlight is shining on you the whole time, you and your apparently sub-par parenting.

    I’m right there with you. I’ve started to dread Sundays. I mean, we’ve tried everything. Going to the early Mass, going to the evening Mass, Mass books, whispered explanations, whispered threats, sitting in the front, sitting in the back, marching straight to the cry room … and maybe a few of the tricks have helped, but the bottom line is that we’re not getting out of that building without somebody screaming, making a mad dash for the altar, or God knows what…

  • Kompli aqra »

€164,000 għall-maratona Oħloq Tbissima

  • Il-maratona Oħloq Tbissima, maratona ta’ 60 siegħa xandir live b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP) intemmet biċ-ċifra ta’ €164,067.

    Matul is-60 siegħa, il-pubbliku ipparteċipa f’Quddies, rużarju u mumenti oħra ta’ talb. Segwa wkoll filmati esklussivi, li wrew il-bżonnijiet kbar li hemm u kemm qed isir ġid b’din il-ħidma missjunarja.  Il-programm inkluda diskussjonijiet, intervisti, kant u żfin, logħob, il-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta u anke l-banda tal-Pulizija u diversi attivitajiet immirati biex jolqtu l-gosti tal-familja kollha…

  • Kompli aqra »

The First Purge

  • **

    Direttur:           Gerard McMurray

    Atturi:              Y’Lan Noel, Lex Scott Davis, Joivan Wade, Mugga, Christan Robinson, Lauren Velez, Kristen Solis, Marisa Tomei, Patch Darragh, Maria Rivera u Chyna Layne

    Ħin tal-Film:    97 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                  15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                       18       

    Skeletor, miġnun minħabba l-vizzju tad-droga, jirrivela l-ħsibijiet koroħ li kellu fosthom ix-xewqa li jagħmel “purge” billi jisfoga l-mibegħda tiegħu fuq in-nies…

  • Kompli aqra »

Mamma Mia! Here We Go Again

  • *****

    Direttur:          Ol Parker

    Atturi:              Lily James, Amanda Seyfried, Meryl Streep, Dominic Cooper, Pierce Brosnan, Stellan Skarsgard, Christine Baranski, Colin Firth, Cher u Julie Walters

    Ħin tal-Film:    114 min

    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 PG

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      PG

    Fl-1979, Donna Sheridan, żagħżugħa ferrieħa, mimlija kuraġġ u entużjażmu, flimkien ma’ ħbiebha Tanya u Rosie, magħrufa t-tlieta bħala “Donna and The Dynamos”, jiggradwaw mill-Università ta’ Oxford…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:46-50 

    F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh. Xi ħadd qallu: “Ara, ommok u ħutek qegħdin barra jfittxu li jkellmuk”.

    Iżda hu wieġeb lil dak li kellmu, u qallu: “Min hi ommi? U min huma ħuti?”. Imbagħad medd idu lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Dawn, araw, huma ommi u ħuti…

  • Kompli aqra »

Quddiesa fil-festa ta’ San Kalċidonju

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fil‑kappella ddedikata lil dan il‑qaddis fil‑bini tal‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Din ser issir għada t‑Tlieta, 24 ta’ Lulju 2018, f’nofsinhar. Ir-residenti tal-Furjana u dawk kollha li jaħdmu f’din il-lokalità huma mistiedna jattendu.

    Ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju jinsabu meqjumin f’kappella żgħira li tinsab eżatt wara l‑kappella prinċipali fil‑Kurja. Ir‑relikwi tal‑qaddis nġiebu Malta miċ‑ċimiterju ta’ Pretestato, fl‑Italja, fl‑1753…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

  • San Ġwann 15:1-8 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba fil-kelma li għidtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom. Kif il-fergħa ma tistax tagħmel frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-dielja, hekk anqas intom jekk ma tibqgħux fija…

  • Kompli aqra »