Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Lulju

  • San Mark 6:30-34 

    F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kull ma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom.

    Marru mela bid-dgħajsa weħidhom lejn post imwarrab, imma n-nies rawhom sejrin; kienu ħafna dawk li għarfuhom, u telqu jiġru ’l hemm bil-mixi, nies mill-ibliet kollha, u waslu qabilhom…

  • Kompli aqra »

Meta tfittex it-tjubija, l-imħabba, is-sbuħija, is-sewwa, il-verità u l-ġustizzja, tkun qed tfittex lill-Mulej – L-Arċisqof

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Kappella ta’ Santa Marija Maddalena, fuq l-irdum ta’ Ħad-Dingli
    20 ta’ Lulju 2018

    Magdala huwa raħal ċkejken fuq ix-xatt ta’ għadira kbira; din l-għadira fl-Art Imqaddsa tant hi kbira li nsejħulha l-Baħar ta’ Tiberijade jew il-Baħar tal-Galilija imma hija lag, għadira tal-ilma ħelu li huwa l-ilma mix-Xmara Ġordan li mbagħad jinġabar f’din l-għadira kbira, imbagħad jerġa’ joħroġ minn din l-għadira u jibqa’ sejjer lejn il-Baħar il-Mejjet…

  • Kompli aqra »

L-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju Elett Mons. Joseph Galea Curmi

L-arma araldika u l-motto tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

  • L-ordinazzjoni episkopali tal-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta, Mons. Joseph Galea-Curmi, ser issir is-Sibt, 4 ta’ Awwissu 2018, fil-Katidral tal-Imdina, fis-7 p.m. Il-Quddiesa ser titmexxa mill-Arċisqof Charles J. Scicluna filwaqt li l-Isqfijiet Koordinanti ser ikunu l-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. u l-Isqof ta’ Għawdex Mons. Mario Grech.

    Lejlet l-ordinazzjoni, il-Ġimgħa, 3 ta’ Awwissu, fis-7:30 p.m., ser issir velja ta’ talb fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem, Birkirkara…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:14-21 

    F’dak iż-żmien, il-Fariżej ħarġu u bdew jiftiehmu bejniethom kontra Ġesù, kif se jeqirduh. Ġesù sar jaf b’dan u telaq minn hemm.

    Ħafna nies marru warajh u fejjaqhom kollha, u ordnalhom bis-sħiħ biex ma jurux min kien, biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Iżaija, meta qal: “Ara l-Qaddej tiegħi li jiena ħtart, l-għażiż tiegħi li bih ruħi tgħaxxqet! …

  • Kompli aqra »

L-Isqof Awżiljarju elett intervistat minn The Malta Independent

  • Human life has to always be cherished, whether it is in the form of eight cells in the womb, or in the form of a person in the middle of the Mediterranean Sea, said Auxiliary Bishop Elect Joseph Galea Curmi on the Malta Independent’s online interview programme Indepth.

    Interviewed by The Malta Independent Editor-in-Chief Rachel Attard, Galea Curmi appealed that just because a people were coming from African countries, we should never speak of them as if they were “a piece of furniture” as opposed to being humans. “That is a terrible thing”, Mgr…

  • Kompli aqra »

Kunċert b’xejn fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

  • Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann ser torganizza kunċert b’xejn għall-pubbliku. Dan se jsir fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju, fit-8pm.

    Il-kunċert Exultet se jinkludi fih kant ta’ stil Gregorjan minn Juri Camisasca, kant-awtur Taljan, flimkien ma’ mużiċisti oħra mill-Italja. Il-kunċert se jdum madwar 80 minuta.

    Għalkemm dan il-kunċert mużikali huwa b’xejn, dawk kollha li jixtiequ jattendu jridu jiksbu l-biljetti tagħhom minn www.ticketline.com.mt…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Lulju

  • San Mattew 12:1-8 

    Darba waħda, is-Sibt, Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa. Issa lid-dixxipli tiegħu ħadhom il-ġuħ; u bdew jaqtgħu s-sbul u jikluh. Imma rawhom il-Fariżej, u qalulu: “Ara, id-dixxipli tiegħek jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt”.

    U hu qalilhom: “Ma qrajtux x’għamel David meta kien bil-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu? Ma qrajtux kif daħal fid-dar ta’ Alla u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li la hu u lanqas dawk li kienu miegħu ma kienu jistgħu jieklu minnu, imma l-qassisin biss? …

  • Kompli aqra »

Jekk il-bniedem jitlob xi ħaġa li hi kontra l-Liġi ta’ Alla, l-għażla għandha tkun ċara, inkella għad baqagħlu x’jitgħallem biex jimita lil San Sebastjan – L-Arċisqof

Quddiesa lejlet il-festa ta' San Sebastjan, Ħal Qormi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     


  • Knisja Parrokkjali ta’ San Sebastjan, Ħal Qormi

    14 ta’ Lulju 2018

    Fil-qari li għadna kemm smajna llum waqt li nibdew s-solennità ta’ San Sebastjan, il-kelma biża’ dehret u smajnieha kemm-il darba. Fl-Ewwel Qari smajna ħsieb sabiħ għal dawk li jibżgħu mill-Mulej…

  • Kompli aqra »

Filmat: Qanpiena ġdida għall-Katidral tal-Imdina

  •  

  • L-Erbgħa,18 ta’ Lulju 20l-Arċisqof Charles J. Scicluna bierek qanpiena ġdida li ser tieħu post l-eqdem qanpiena li kien hemm sa issa fil-Katidral tal-Imdina u li nħadmet fl-1499.

    Il-qanpiena l-ġdida nħadmet mill-Fonderija Paccard f’Annecy, fin-nofsinhar ta’ Franza, biex tixbah liż-żewġ qniepen li hemm fil-kampnari, u li nħadmu minn Prospero Barigozzi fl-1958 f’Milan. Il-qanpiena l-ġdida tiżen 170kilogramma u hija intonata li ddoqq in-nota D biex tieħu post il-ħoss tal-qanpiena l-qadima…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Lulju

  • San Mattew 11:28-30

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.

    Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”.

  • Kompli aqra »