Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Lulju

  • San Mattew 10:7-15 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-appostli tiegħu: “Intom u sejrin, xandru u għidu li s-Saltna tas-Smewwiet waslet. Fejqu l-morda, qajmu l-mejtin, fejqu l-lebbrużi, keċċu x-xjaten. B’xejn ħadtu, b’xejn agħtu. Tfittxux li jkollkom flus fuqkom, la tad-deheb, la tal-fidda u lanqas tar-ram; u la ħorġa għat-triq, la żewġ ilbiesi, la qrieq u lanqas ħatar, għax il-ħaddiem ħaqqu ħobżu…

  • Kompli aqra »

L-ewwel edizzjoni tal-Maltese Catholic Film Contest

  • True Light Catholic Media Foundation qed torganizza konkors bl-isem ta’ ‘Maltese Catholic Film Contest’ għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin bejn l-14 u l-24 sena.

    Il-parteċipanti huma mħeġġa joħolqu film ispirat mill-fidi Kattolika. Numru ta’ ġudikaturi (fosthom Fr Brendan Gatt u Matthew Sammut minn ICE) u l-pubbliku ser ikunu qed jivvotaw għall-aħjar film. Il-films għandhom jiġu sottomessi sal-aħħar ta’ Settembru 2018. Ir-rebbieħa ser jiġu ppremjati…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Lulju

  • San Benedittu, Abbati, Patrun tal-Ewropa- Festa

    San Mattew 19:27-29 

    F’dak iż-żmien: Pietru qal lil Ġesù: “Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk, issa x’sa nieħdu?” Ġesù qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, intom li ġejtu warajja, fid-dinja l-ġdida meta Bin il-bniedem joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu, intom ukoll toqogħdu fuq it-tnax-il tron u tagħmlu ħaqq mit-tnax-il tribù ta’ Israel.

    U kull min iħalli ’l daru jew ’il ħutu jew ’il missieru jew ’l ommu jew ’l uliedu jew ir-raba’ tiegħu minħabba f’ismi, jerġa’ jirċievi kollox għal mitt darba iktar, u jieħu b’sehmu l-ħajja ta’ dejjem.”

  • Kompli aqra »

“Naqsmu mal-oħrajn dak li hu tajjeb, sabiħ u għażiż” – L-Isqof Awżiljarju-elett f’Lourdes

Quddiesa fl-okkażjoni tal-preżentazzjoni tal-inkwadru ta’ San Ġorġ Preca f'Lourdes

  • Omelija tal-Isqof Awżiljarju-elett Joseph Galea-Curmi

     

  • Il-kappella ta’ San Kosma u Damjan, Lourdes
    30 ta’ Ġunju 2018

    Qed ngħixu llum ġurnata sabiħa u storika f’dan il-pellegrinaġġ speċjali tagħna l-Maltin ġewwa Lourdes. Ġibna hawnhekk dan l-inkwatru ta’ San Ġorġ Preca, pittura sabiħa ta’ Manwel Farrugia, flimkien mar-relikwa ta’ San Ġorġ, biex jibqgħu hawn f’din il-kappella…

  • Kompli aqra »

Il-Papa jattendi l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2019 fil-Panama

  • The Director of the Holy See Press Office, Greg Burke, confirmed on Monday that Pope Francis will participate in the upcoming World Youth Day 2019 in Panama.

    The Holy Father will arrive at the event a day after it begins and take part from the 23rd to the 27th of January.

    A brief statement said the Pope had accepted an invitation from the government of Panama and from the country’s Catholic bishops…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Jintemm il-pellegrinaġġ tal-Arċisqof Scicluna maż-żgħażagħ fl-Art Imqaddsa

  • L-Arċisqof Charles J. Scicluna flimkien mal-grupp ta’ pellegrini żgħażagħ waslu Malta dalgħodu wara pellegrinaġġ ta’ tmint ijiem fl-Art Imqaddsa. F’dawn l-aħħar jiem żaru x-Xmara Ġordan fejn ġeddew il-wegħdiet tal-maghmudija, il-qabar ta’ Lazru, il-belt ta’ Ġeriko u l-Baħar il-Mejjet. Huma żaru wkoll il-Bażilika tan-Natività f’Betlehem waqt li f’Ġerusalemm żaru ċ-Ċenaklu, is-Santwarju tad-Dormizzjoni tal-Madonna u l-Bażilika tal-Ġetsemani fost l-oħrajn. Il-pellegrinaġġ laħaq il-qofol tiegħu b’purċissjoni b’riflessjoni fuq il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej u biċ-1ċelebrazzjoni tal-Quddiesa tal-Għid fil-Bażilika tal-Qabar ta’ Kristu…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:32-38 

    F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. 

    Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”. Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu…

  • Kompli aqra »

Żewġ adolexxenti fit-triq għall-qdusija

  • Pope Francis has issued decrees advancing the Causes of four candidates, including two teenagers who heroically lived the Christian virtues.

    At a meeting with Cardinal Angelo Amato, prefect of the Congregation for Saints’ Causes, the Pope signed a decree recognising the heroic virtues of Alexia González-Barros, who offered her sufferings from a malignant tumour for the Church.

    González was born in Madrid in 1971…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Lulju

  • San Mattew 9:18-26 

    F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

    Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Lulju

  • San Mark 6:1-6 

    F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? …

  • Kompli aqra »