Yearly Archives: 2018

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

  • San Tumas, Appostlu – Festa

    San Ġwann 20:24-29 

    Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

    Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof Scicluna f’pellegrinaġġ maż-żgħażagħ fl-Art Imqaddsa

  • L‑Arċisqof Charles J. Scicluna llum ħalla Malta flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ għal pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa. L‑Arċisqof huwa akkumpanjat minn 28 żagħżugħ u żagħżugħa bejn il‑15 u t‑30 sena, u minn żewġ saċerdoti. Matul il‑pellegrinaġġ ser iżuru l‑aktar postijiet sagri u importanti għall‑fidi Nisranija bħal Nazaret, Betlehem u Ġerusalemm, kif ukoll santwarji u knejjes fl‑Art Imqaddsa.

    Dan il‑pellegrinaġġ huwa organizzat mill-Kummissarjat tal-Art Imqaddsa u l‑Malta Catholic Youth Network (MCYN), il‑kummissjoni tal‑Knisja għaż‑żgħażagħ, bħala parti mill‑esperjenzi li l‑Arċisqof qed jagħmel matul din is‑sena bi tħejjija għas‑Sinodu tal‑Isqfijiet dwar iż‑żgħażagħ f’Ottubru li ġej li sejjaħ il‑Papa Franġisku…

  • Kompli aqra »

Stqarrija konġunta bejn l-NGOs dwar id-deċiżjoni tal-Gvern li jagħlaq il-portijiet ta’ Malta għall-vapuri ta’ salvataġġ tal-NGOs

  • We are gravely concerned by the Government’s decision to close Malta’s ports to NGO rescue ships. The consequences of this measure are potentially fatal, as the vessels will no longer be able to continue saving lives in the Mediterranean Sea.

    Although supposedly aimed at ensuring respect for the law, this action directly undermines the protection of human life at Europe’s borders, making them even more dangerous for refugees and asylum seekers…

  • Kompli aqra »

€651,905 b’risq id-Dar tal-Providenza

  • It-tmiem tal-Maratona tal-Volleyball BOV Marigold 2018, f’nosillejl tal-Ħadd 1 ta’ Lulju, kien ikkarraterizzat minn ferħ, tbissim, doċċi ta’ xampanja u sentimenti ta’ gratitudni lejn l-40 plejer, irġiel u nisa, coaches, arbitri, score keepers, tobba, fiżjoterapisti u infermiera, li ddeċidew li jisfidaw is-sħana tal-ġurnata u l-ħemda tal-lejl biex jilagħbu volleyball bla waqfien għal 53 siegħa b’risq id-Dar tal-Providenza.

    Il-ġenerożità tagħhom f’ħinhom u fl-isforzi tagħhom kien ippariġġjat mill-ġenerożità tal-poplu Malti b’donazzjonijiet ta’ madwar of 651,905…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

  • San Mattew 8:18-22 

    F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor.

    Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

    Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”…

  • Kompli aqra »

“Nitolbu li nkunu verament Insara Kattoliċi b’ħarsa universali, bis-sejħa universali għall-qdusija tħeġġeġ f’qalbna” – L-Arċisqof

Quddiesa fis-solennità tal-festa ta' San Pietru u San Pawl

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

     

  • Katidral tal-Imdina
    29 ta’ Ġunju 2018

    “Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni” (2 Tim 4:18). Dawn il-kliem mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Missierna lil Timotju, huma kliem li jsibu l-eku tagħhom fil-liturġija tal-kelma tal-jum qaddis ta’ din is-solennità.

    Fir-responsorju, aħna u nimmeditaw fuq l-Ewwel Qari, kantajna: “Dawk li jibżgħu mill-Mulej, l-anġlu tiegħu jeħlishom”…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 1 ta’ Lulju

  • San Mark 5:21-43 

    F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”. U Ġesù telaq miegħu, b’kotra kbira miexja warajh, kulħadd iross fuqu…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul Lulju 2018

  • Il‑Ħadd 1 ta’ Lulju 2018, fl‑9:45 a.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa li matulha jamministra s‑Sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adolexxenti fil‑parroċċa ta’ Marija Addolorata, San Pawl il‑Baħar.

    L‑Erbgħa 11 ta’ Lulju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Benedittu, fil‑Monasteru ta’ San Pietru, l‑Imdina.

    Il‑Ġimgħa 13 ta’ Lulju, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jinawgura ċentru tad‑duttrina fil‑parroċċa ta’ San Ġużepp, l‑Imsida…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

  • San Mattew 8:5-17

    F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu: “Sinjur, id-dar għandi l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”. Qallu Ġesù: “Niġi jien infejqu”. Qallu ċ-ċenturjun: “Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq. Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu: “Mur!”, u jmur; lil ieħor ngħidlu: “Ejja!”, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu: “Agħmel dan!”, u jagħmlu”…

  • Kompli aqra »