Yearly Archives: 2018

Seminar: Il-Problema tal-Faqar

Organizzat mill-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Provinċja Dumnikana Maltija

  • Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Provinċja Dumnikana Maltija, permezz tas-seminar Il-Problema tal-Faqar tixtieq tagħti l-kontribut tagħha biex  tinħoloq aktar kuxjenza dwar il-problema kumplessa tal-faqar. Il-Papa Franġisku fl-aħħar Ezortazzjoni Appostolika, Gaudete et Exsultate, jinsisti li aħna l-Insara , “ma nistgħux nħaddnu ideal ta’ qdusija li jinjora l-inġustizzja f’dinja fejn xi wħud jixxalaw, jonfqu bl-addoċċ u jiddedikaw ħajjithom biex jiksbu l-aħħar prodotti,  filwaqt li oħrajn iħarsu mill-bogħod, huma u jgħixu ħajja f’ħafna faqar.” (GE par.101)

    Hemm diversi fatturi li jwasslu biex xi wħud jgħixu fil-faqar u mhux sew li wieħed jiġġeneralizza…

  • Kompli aqra »

Eluf ta’ studenti Maltin jgħinu lit-tfal Sirjani biex jattendu l-iskola

  • Aktar minn 5,500 tifel u tifla minn 24 skejjel madwar il-gżejjer Maltin ħadu sehem f’kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jgħinu lil xi wħud mit-tfal l-aktar imċaħħda fis-Sirja sabiex jingħataw edukazzjoni skolastika. F’din l-inizjattiva organizzata mill-Aid to the  Church in Need (Malta) ħadu sehem 24 skola – 8 skejjel f’Għawdex, 9 skejjel tal-Knisja, 5 skejjel statali u 5 skejjel privati ​​f’Malta…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

  • It-Tlieta tas-Seba’ Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 17:1-11a 

    F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu. Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt…

  • Kompli aqra »

Int imsejjaħ biex tqanqal is-sejħa ta’ Ġesù fiż-żgħażagħ ta’ Ħad-Dingli – L-Arċisqof lil Dun Mark Mallia Pawley

Quddiesa tal-pussess ta' Dun Mark Mallia Pawley bħala l-Arċipriet il-ġdid tal-Parroċċa ta' Ħad-Dingli

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħad-Dingli
    1 ta’ Mejju 2018

    Li qrajna llum fit-Tieni Qari hija l-eżortazzjoni tal-Appostli Missierna San Pawl: Kulma tagħmlu, agħmluh minn qalbkom bħallikieku lill-Mulej u mhux lill-bnedmin; għax tafu li għad tieħdu l-ħlas li ħejja b’wirt għalikom il-Mulej. Aqdu lil Kristu Sidna ” (Kol 3, 23-24)…

  • Kompli aqra »

Il-Papa ser jiltaqa’ mal-isqfijiet Ċileni dwar il-każi ta’ abbuż sesswali

  • Pope Francis meeting Chilean bishops in Santiago, Chile on January 16, 2018.

  • The Holy See’s Press Office released a statement saying Pope Francis is meeting the bishops of Chile, May 15-17, to examine in depth the causes and consequences, as well as the mechanisms that have led in some cases to the concealment and serious omissionsagainst the victims of sexual abuse in Chile…

  • Kompli aqra »

Imħabba kbira lejn dawk emarġinati, bla vuċi, moħbija u minsija – Il-Vigarju Ġenerali

Il-Vigarju Ġenerali jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-31 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi

  • F’għeluq il-31 anniversarju mill-mewt ta’ Mons. Mikiel Azzopardi, fil-kappella tad-Dar tal-Providenza saret Quddiesa mmexxija mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi, u li għaliha attendew ukoll ta’ membri tal-Azzjoni Kattolika Maltija (AKM), residenti u ħbieb tad-Dar.  Flimkien ma’ Mons. Galea Curmi, ikkonċelebraw Dun Rueben Gauci, Assistent Ekkleżjastiku taż-ŻAK u Dun Martin Micallef, Direttur tad-Dar tal-Providenza.

    Dun Mikiel Azzopardi twieled fil-Belt Valletta fl-10 ta’ Frar 1910 u miet fit-13 ta’ Mejju 1987…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

  • San Mattija, Appostlu – Festa

    San Ġwann 15:9-17 

    F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu.

    Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jappella għall-verità fl-era tal-‘fake news’

Il-Messaġġ tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku għat-52 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

  • Kull sena fil-Ħadd ta’ qabel l-Għid il-Ħamsin il-Knisja tfakkar il-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni, u dan biex tiċċelebra l-għanijiet li laħqet il-midja u tiffoka fuq kif inhu l-aħjar twassal il-valuri tal-Evanġelju. Bi tħejjija għat-52 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni, il-Papa Franġisku ħareġ messaġġ bit-titlu “Il-verità teħliskom (Ġw 8,32). Fake news u ġurnaliżmu ta’ paċi.”

  • Għeżież ħuti,

    Il-komunikazzjoni bejn il-bnedmin hija parti mill-pjan t’Alla għalina u essenzjali biex ngħixu l-komunjoni…

  • Kompli aqra »

Mill-verità tasal il-paċi

  • L-imejls, it-telefonati, il-messaġġi u s-social media qegħdin kollha f’kompetizzjoni waħda biex jiġbdu l-attenzjoni tagħna u jinfluwenzawna. Il-midja l-ħin kollu tgħaddilna informazzjoni li xi drabi tkun korretta u drabi oħra mmanipulata jew saħansitra falza (fake news).

    Fil-messaġġ tiegħu għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni (13.05.18), il-Papa Franġisku jgħid li “l-unika rimedju għall-virus tal-falsità hu li nħallu l-verità ssaffina”…

  • Kompli aqra »