Yearly Archives: 2018

Approvat id-dokument tas-Sinodu għaż-Żgħażagħ

  • After a two-day meeting in Rome, the governing council of the Vatican office for the Synod of Bishops approved the text to be used as the working document for the upcoming October gathering dedicated to youth.

    The May 7-8 meeting of the governing council was presided over by Pope Francis and centered on finalizing the text.

    A compilation of ideas and thoughts from five sources, the document includes information from answers to a questionnaire sent out to bishops conferences; answers to an online questionnaire for youth; an international seminar on youth that took place in Rome in September 2017; contributions and suggestions from both individuals and groups; and the concluding document of the March 19-24 pre-synod meeting in Rome, which gathered some 300 youth from around the world…

  • Kompli aqra »

Jalla nkunu bħal San Ġorġ Preca: ma naqtgħux qalbna u ma nistħux inxandru bir-reqqa l-Kelma tal-Verità – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta' San Ġorġ Preca


  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Santa Venera
    9 ta’ Mejju 2018

    It-Tieni Qari li l-liturġija tipprovdilna u tipproponilna fil-festa ta’ San Ġorġ Preca, kien qari għażiż ħafna għalih. Is-soċji jafu li l-kliem tal-Appostlu Missierna li jiftħu din is-silta mit-Tieni Ittra lil Timotju, għalih kienu l-fundament, il-pedament tal-missjoni tiegħu. “Kulma smajt mingħandi quddiem ħafna xhieda, għaddih lil nies ta’ fiduċja, li huma stess ikollhom il-ħila jgħallmuh ukoll lil oħrajn” (2Tim 2:2)…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Ħal Safi

  • Bejn is-Sibt, 5 u t-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2018, l-Arcisqof Charles J. Scicluna żar il-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi.

    F’diversi okkażjonijiet waqt il-Viżta Pastorali l-Arcisqof iltaqa’ man-nies tal-lokal, inkluż fil-post tax-xogħol tagħhom u fil-każin tal-banda. L-Arċisqof iltaqa’ wkoll mal-istudenti u l-edukaturi tal-Iskola Primarja tal-Kulleġġ San Benedittu, u kellu laqgħat ta’ djalogu mal-Kunsill Lokali, mat-tfal, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, u mal-katekisti u l-operaturi pastorali tal-parroċċa…

  • Kompli aqra »

Il-korijiet tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja jingħaqdu flimkien biex jgħinu l-familji fil-bżonn

  • Ftit snin ilu, ħaddiema soċjali fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija ħassew il-bżonn li jgħinu iktar lill-familji li għaddejjin minn xi diffikultajiet finanzjarji. Għalhekk bdiet fis-seħħ iċ-Church Schools Children’s Fund (CSCF), li iktar tard ġiet irreġistrata bħala organizzazzjoni volontarja, fi ħdan is-Segretarjat tal-Edukazzjoni Nisranija.

    Is-CSCF twqqfet bil-għan li tkun tista’ tgħin u toffri sapport lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Knisja, u lill-familji tagħhom, li jkunu qed jagħddu minn xi diffikultajiet…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

  • Il-Ħamis tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:16-20 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”. Għalhekk qalu: “X’inhu dan il-“ftit ieħor” li hu qiegħed jgħid? …

  • Kompli aqra »

Iffirmat Memorandum ta’ Ftehim bejn il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Università ta’ Malta

  • Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Università ta’ Malta fetħu l-bibien lejn futur ta’ kollaborazzjoni wara li ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim.

    Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici, qal li “permezz ta’ kultura ta’ sehim u t-twessigħ tal-orizzonti tagħna, nistgħu nħarsu lejn kollaborazzjoni bħal din bejn l-Università ta’ Malta u sit ta’ wirt dinji bħall-Konkatidral ta’ San Ġwann bħala waħda progressiva u bħala mezz biex tintuża l-kompetenza sabiex intejbu l-għarfien tagħna dwar monumenti bħal dawn.” 

    Hu kompla jgħid li “permezz ta’ din is-sħubija, issa nistgħu nitgħallmu u niskopru aktar dwar din il-binja maestuża u fl-istess ħin ċert li l-istudenti fl-Università se japprezzaw aktar dan il-monument  meta jkunu hawnhekk.  Pajjiżna huwa mogħni bi storja u kultura rikka, u permezz ta’ kollaborazzjoni ta’ dan it-tip qegħdin inħeġġu li jikber aktar l-għarfien tal-istorja tagħna.”

    Wilfrid Buttigieg, President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, spjega li “dan huwa mument storiku, li qed iwitti t-triq għat-trasformazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann f’ċentru ta’ riċerka kemm għall-akkademiċi kif ukoll għall-istudenti.  Qed insejħulu storiku għax huwa biss biż-żmien li nistgħu napprezzaw il-frott ta’ dan il-bidu ġdid…

  • Kompli aqra »

“Ir-rużarju huwa port sigur għaliex jagħtina dik is-serenità li aħna qegħdin qrib il-Madonna, li l-Madonna ser tipproteġina” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra quddiesa f'Marsaxlokk f'Jum id-Devozzjoni lill-Madonna tar-Rużarju ta' Pompej

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Marsaxlokk

    8 ta’ Mejju 2018

    Illum mat-tokki ta’ nofsinhar, f’diversi knejjes madwar id-dinja, kull fejn mis-sebħ sakemm tispiċċa din il-ġurnata qaddisa tat-8 ta’ Mejju jibqa’ jdoqq nofsinhar, l-Insara jinġabru biex jitolbu s-supplika għażiża lill-Madonna ta’ Pompej. Kull sena l-Arċisqof ta’ Malta jmur quddiem il-kwadru għażiż tal-Madonna ta’ Pompej li hemm fil-knisja tal-Ġiżwiti, il-Belt Valletta, u jgħid is-supplika f’isem il-poplu Malti kollu. 

    Bħal-lum il-qaddej ta’ Alla, Mons…

  • Kompli aqra »

L-element Semitiku fil-vokabularju reliġjuż Malti

  • The Department of Fundamental & Dogmatic Theology will be hosting a Theology Research Seminar entitled ‘The Semitic Element in the Maltese Religious Lexicon’.

  • Speaker: Prof. Martin Zammit
    Venue: Theology Board Room (Room 317), Faculty of Theology, University of Malta
    Date: Wednesday 9th May 2018
    Time: 16:00 – 17:00

  • The mixed nature of the Maltese language, characterized by its Semitic and Romance components, is also reflected in the religious lexis in which Maltese Christianity is expressed…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Mejju

  • San Ġorġ Preca – Festa

    San Mark 16:14a.15-20 

    Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

    U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla…

  • Kompli aqra »

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ser tinvesti aktar fil-konservazzjoni permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea

  • The Archdiocese of Malta has been awarded €2.2 million in EU funds for the conservation, protection and promotion of ecclesiastical cultural heritage. Over a period of three years, the archives of the Archbishop’s Curia and a total of 15 parishes will benefit from the funds, following an application submitted by the Foundation for Cultural Heritage of the Archdiocese of Malta, to the Project Selection Committee for the allocation of EU funds (2014 – 2020). 

    The parishes which will benefit from these funds, for the restoration of historial buildings and the conservation of our cultural heritage, are: Attard, Balzan, Birkirkara (St Helen), Birkirkara (St Mary), Dingli, Gharghur, Marsaxlokk, Mdina, Mgarr, Mellieha, Mosta (including Bidnija), Naxxar, Paola (Christ the King), Rabat, and Tarxien…

  • Kompli aqra »