Yearly Archives: 2018

Knisja sensittiva lejn il-ġenituri u t-trabi tagħhom

Artiklu mill-Vigarju Ġenerali Mons. Joe Galea Curmi

  • Waħda mill-iktar esperjenzi ta’ niket kbir u ta’ tbatija hija dik tal-ġenituri li jitilfu xi ħadd minn uliedhom. Ħafna drabi t-tbatija tkun ikbar meta l-ulied ikunu għadhom żgħar. Hemm imbagħad ġenituri li jgħaddu minn esperjenza doloruża u iebsa ħafna meta t-tarbija tagħhom tmut fit-twelid, jew qabel it-twelid meta tkun għadha fil-ġuf.

    Ikbar mhi t-tbatija, iktar għandhom isibu solidarjetà mill-Knisja.

    Il-Knisja tagħti attenzjoni speċjali lil dawn il-ġenituri u t-tarbija tagħhom…

  • Kompli aqra »

Mijiet ta’ eluf ta’ nies jimxu favur il-ħajja fl-Amerika Latina

  • Huge crowds across Latin America took to the streets in recent days to call for the protection of human life from conception to natural death.

    On May 5, some 400,000 Colombians in 53 cities across the country turned out for pro-life marches.

    Event organizer “United for Life” told ACI Prensa, CNA’s Spanish language sister agency, that the objectives of the march included annulling court rulings in recent years that legalized abortion in some cases and euthanasia…

  • Kompli aqra »

Min twieled qabel is-sena 2000 kif inhu differenti minn dawk li twieldu wara?

  • Żagħżugħ li twieled qabel is-sena 2000, kif inhu differenti minn żagħżugħ li twieled wara? X’qiegħed ifittex iż-żagħażugħ ta’ wara s-sena 2000?

    Iż-żgħażagħ li jagħmlu parti mill-ġenerazzjoni ta’ bejn is-16 u l-20 sena, magħrufa bħala Generation-z, ser ikunu s-suġġett ta’ Think Tank li ċ-Ċentru Djoċesan tal-Vokazzjonijiet, flimkien mas-Seminarju tal-Arċisqof qed jorganizza nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju fis-Seminarju r-Rabat…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

  • It-Tlieta tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 16:5-11 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

    U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju…

  • Kompli aqra »

L-Arċisqof jistaqsi: Kif nista’ nsir ħabib ta’ Ġesù?

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mat-tfal bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħal Safi

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Safi
    6 ta’ Mejju 2018

    Tfal, fil-bidu ta’ din il-Quddiesa, għedtilkom li llum nixtieq inkellimkom fuq ir-rigali li jagħtina Ġesù. Imma x’’rigali jagħtina Ġesù? Illum fl-Evanġelju li għadu kemm qara l-Kappillan, Ġesù jsemmi ħwejjeġ sbieħ ħafna li jixtieq jagħtina. U tgħidluli: ‘Imma allura jien x’irrid nagħmel biex dawn ir-rigali tiegħu jkunu għandi wkoll, biex nirċevihom jien?’ Inkunu ħbieb tiegħu…

  • Kompli aqra »

“Ġesù jgħallimna li l-ħbiberija miegħu trid tgħaddi wkoll bil-mod kif nirrispettaw, inħobbu, nagħdru, nieħdu paċenzja u naħfru lil xulxin” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jibda l-Viżta Pastorali f'Ħal Safi u jiċċelebra Quddiesa mal-komunità

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħal Safi
    5 ta’ Mejju 2018

    L-ewwel ħaġa li Ġesù jgħid lill-appostli hija: “Is-sliem għalikom” (Ġw 20:19). Din tfakkarna fil-kliem li fih qal fl-aħħar ċena: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja” (Ġw 14:27), imma hija paċi differenti; hija l-paċi ta’ min jagħmel ir-rieda tal-Missier…

  • Kompli aqra »

Riflessjonijiet ta’ 100 akkademiku dwar l-abbozz li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni

  • 100 akkademiku mill‑Università ta’ Malta kkonkludew li l‑emendi proposti għall‑Att dwar il‑Protezzjoni tal‑Embrijuni jdgħajfu b’mod serju l‑protezzjoni tal‑embrijun uman fl‑istadju l‑iktar vulnerabbli tiegħu. L‑akkademiċi minn 14‑il fakultà differenti tal‑Università ta’ Malta esprimew it‑tħassib tagħhom f’kitba akkademika (kopja tagħha mehmuża) li qed tiġi ppubblikata llum, is‑Sibt, 5 ta’ Mejju 2018.

    Dawn l‑akkademiċi jappoġġaw bis‑sħiħ is‑servizz tal‑IVF li bħalissa qed jingħata biex jgħin koppji infertili…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

  • It-Tnejn tas-Sitt Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:26 – 16, 4a 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Dawn il-ħwejjeġ għedthomlkom biex ma titfixklux.

    Ikeċċukom ’il barra mis-sinagogi, mhux biss, imma tasal is-siegħa meta min joqtolkom jaħseb li jkun qiegħed jagħti qima lil Alla…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Mejju

  • Is-Sitt Ħadd tal-Għid

    San Ġwann 15:9-17 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ.

    Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien…

  • Kompli aqra »