Yearly Archives: 2018

Ħruq ta’ nar minn proprjetà tal-Knisja

Ċirkulari maħruġa mill-uffiċċju tal-Vigarju Ġenerali

  • Infakkru li hu pprojbit li jsir ħruq tan-nar minn fuq il-knejjes jew minn proprjetà tal-Knisja.

    Din hi policy li għandha tapplika għal kull knisja u proprjetà li tagħha hi responsabbli l-Knisja. Ma jsirux eċċezzjonijiet f’anniversarji jew ċirkustanzi oħra.

    Hu dmir tal-arċipriet/kappillan jew tar-rettur tal-knisja partikulari li jara li din il-policy tkun segwita.

  • Kompli aqra »

L-omelija tal-Arċisqof fil-ftuħ ta’ Dar Lunzjata fir-Rabat

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Dar Lunzjata, ir-Rabat
    9 ta’ April 2018

    F’dan il-post hu faċli ħafna tikkontempla s-silenzju ta’ Marija. Is-silenzju għandu wkoll il-ħoss tiegħu, il-ħoss tal-grazzja. Missierna San Elija kien jaf bil-laqgħa mal-Mulej: “U wara dan ir-riħ theżhżet l-art imma l-Mulej ma kienx f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar…

  • Kompli aqra »

Il-Palazz tal-Arċisqof jiftaħ għall-viżitaturi waqt il-Valletta Green Festival

  • Mill-Ħamis, 3 ta’ Mejju sal-Ħadd, 6 ta’ Mejju, il-Maltin u l-Għawdxin u kif ukoll it-turisti, jistgħu jżuru l-Palazz tal-Arċisqof fil-Belt Valletta waqt il-Valletta Green Festival, organizzat mill-Fundazzjoni Valletta 2018.

    Il-viżitaturi ser ikollhom l-opportunità jżuru l-parti ta’ taħt l-art tal-Palazz u jammiraw il-ġnien pittoresk tiegħu, bil-funtana tiegħu tmur lura għas-seklu 17. Dan hu l-uniku ġnien residenzjali tad-daqs tiegħu fil-qalba tal-Belt…

  • Kompli aqra »

Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Ħal Safi

  • Is-Sibt, 5 ta’ Mejju 2018, l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser jibda l-viżta pastorali fil-Parroċċa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl, Ħal Safi, fejn se jiltaqa’ mat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa, mal-operaturi pastorali, mas-saċerdoti u r-reliġjużi tal-komunità kif ukoll mal-membri tal-Kunsill Lokali. Il-Viżta Pastorali tintemm it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2018.

    Hawn taħt tista’ taqra l-messaġġ tal-Arċisqof Scicluna lill-parruċċani ta’ Ħal Safi.

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

  • Is-Sibt tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:18-21 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.

    Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu…

  • Kompli aqra »

Kompetizzjoni internazzjonali għall-Jum Dinji tal-Komunikazzjoni

  • For the first time, SIGNIS (World Catholic Association for Communications) and the Holy See’s Secretariat for Communications are launching a global poster and video competition on the theme of the 52nd World Communications Day (WCD), May 13, 2018.

    Participants are encouraged to submit a video or poster on the theme of the WCD message: “The truth will set you free: Fake News and Journalism for Peace.” There will be monetary prizes and global recognition for the winners…

  • Kompli aqra »

“Il-bieb tal-qalb ta’ Ġesù huwa bieb speċjali għax ma jissakkarx, dejjem imbexxaq” – L-Arċisqof

L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa bħala parti mill-Viżta Pastorali f'Ħ'Attard

  • L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna
  • Knisja Parrokkjali, Ħ’Attard
    29 ta’ April 2018

    Nieħu ħafna pjaċir li għal din il-Quddiesa qed niltaqa’ ma’ diversi tfal u anke żgħażagħ, il-ġenituri tagħhom, u anke xi nanniet.

    Ġesù llum jipprova jispjegalna kemm hi ħaġa sabiħa u importanti li nibqgħu ħaġa waħda miegħu. U għalhekk qegħdin hawnhekk illum…

  • Kompli aqra »

Turnew tal-futbol fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas

  • “Ma kontx naf x’qed nistenna meta talbuni nirrefja turnew tal-futbol five-a-side ta’ persuni li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fi ħdan is-servizzi ta’ Caritas Malta. Kont impressjonat bid-dixxiplina u l-għaqda fost dawk li pparteċipaw.” Hekk esprima l-eks referee internazzjonali, Paul Caruana, li kien wieħed minn grupp ta’ referees li b’mod volontarju assistew il-logħob.

    Dan it-turnew ġie organizzat nhar l-1 ta’ Mejju fiċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, bejn residenti tal-komunitajiet terapewtiċi differenti u persuni li qed ikomplu l-mixja tagħhom lura fiċ-soċjetà bis-sapport tas-servizzi tal-‘Aftercare’…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

  • Il-Ġimgħa tal-Ħames Ġimgħa tal-Għid

    San Ġwann 15:12-17 

    F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom…

  • Kompli aqra »

Ritratti: Il-Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa ta’ Ħ’Attard