Arkivji mensili: Lulju 2019

Pass kbir għall-umanità

  • Fl-okkażjoni tal-50 sena mindu l-bniedem rifes għall-ewwel darba fuq il-qamar, il-Papa Franġisku qal li permezz ta’ din il-kisba l-bniedem wettaq ħolma straordinarja. “Jalla l-memorja ta’ dan il-pass kbir għall-umanità jkebbes ix-xewqa li twassal għanijiet ikbar: iktar dinjità għad-dgħajfin, iktar ġustizzja fost il-popli, u futur aħjar għad-dar komuni tagħna”, żied jgħid il-Papa.

    Permezz ta’ kliemu u mġibtu, il-Papa kemm-il darba esprima x-xewqa li tingħata għajnuna konkreta lil dawk li huma fil-bżonn: l-immigranti, il-fqar, il-morda, l-anzjani kif ukoll id-dinja – li hi d-dar komuni tagħna…

  • Kompli aqra »

Esperjenza fil-komunità ta’ San Patrignano

  • Staff minn proġett Tama Ġdida, fi ħdan Caritas Malta, għadhom kif temmew esperjenza ta’ formazzjoni fil-Komunità ta’ San Patrignano f’Rimini, l-Italja.

    San Patrignano hi komunità li tħaddan madwar 1,400 resident li jagħmlu programm ta’ rijabilitazzjoni fuq tipi ta’ dipendenzi differenti. Hija meqjusa bħala l-ikbar komunità terapewtika residenzjali fid-dinja, li ilha taħdem għal dawn l-aħħar 40 sena ma’ persuni li għandhom problema ta’ dipendenza tad-drogi u biex ikunu jistgħu jirritornaw f’soċjetà ħielsa minn dawn id-dipendenzi…

  • Kompli aqra »

X’inhi l-paga tal-Papa Franġisku?

  • As the leader of the Catholic Church in the entire world, one would assume that Pope Francis receives a generous salary in compensation for his many duties. However, the truth is quite the opposite.

    In 2001 there were rumors that St John Paul II made a decent salary, but the New York Times reported, “Vatican spokesman, Joaquín Navarro-Valls, ended speculation about the pope’s salary, saying, ‘The pope does not and has never received a salary.’”

    This would be even more true for Francis, who, as a member of the Society of Jesus, professed a vow of poverty when he first entered his religious community…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Lulju

  • Sant Ġakbu, Appostlu – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: 2 Kor 4: 7-15
    Salm: 125: 1-6

    L-Evanġelju: Mt 20:20-28

  • F’dak iż-żmien: Resqet fuq Ġesù omm ulied Żebedew, flimkien ma’ wliedha, u nxteħtet quddiemu titolbu xi ħaġa. “Xi trid?” staqsieha. U hi weġbitu: “Ordna li dawn iż-żewġ uliedi joqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fis-Saltna tiegħek.” Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ma tafux x’intom titolbu…

  • Kompli aqra »

Studenti jipproponu ġnien għal persuni bid-dimensja f’Casa Leone

  • Għadd ta’ studenti mill-Fakultà tal-Ambjent Mibni mill-Università ta’ Malta ppreżentaw diversi proposti biex isir ġnien għall-pazjenti bid-dimensja fid-dar tal-anzjani tal-Knisja ‘Casa Leone’ f’San Ġiljan. L-għan tal-proġett kien li l-istudenti jidentifikaw il-ħtiġijiet tal-anzjani u kif l-ispazji miftuħa jistgħu jtejbu l-ħajja tal-individwu fil-qasam tas-saħħa mentali u d-dimensja. Dawn il-proposti saru taħt is-supervizjoni tal-Perit Alexia Mercieca bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat tad-Djar tal-Knisja għall-Anzjani.

    Fil-messaġġ tiegħu waqt il-preżentazzjoni, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi qal li l-persuni li jbatu bid-dimensja jistħoqqilhom kull imħabba u rispett daqs kull bniedem ieħor…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Lulju

  • Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Eżodu 16, 1-5.9-15
    Salm: 77 (78), 18-19.23-24.25-26.27-28

    L-Evanġelju: Mt 13, 1-9

  • Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħda hemm. U nġabru madwaru folol hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt. Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli…

  • Kompli aqra »

ŻAK Kamp Sajf 2019: ÆFFECT

  • Valur importanti li jinsab anke fl-isem taż-ŻAK huwa propju l-azzjoni. Fl-istess ħin iż-ŻAK ma tistax tkun aljenata għar-realtajiet li tkun għaddejja minnhom is-soċjetà, u huma fuq dawn ir-realtajiet li trid tieħu azzjoni. Kien għalhekk li meta bdejna naħsbu għat-tema tal-kamp annwali tas-sajf, ma stajniex nagħlqu għajnejna għall-kriżijiet ambjentali kif ukoll soċjali li l-dinja hija għaddejja minnhom. Ħsibna li permezz ta’ Kamp Sajf kull membru mhux biss jagħraf x’inhuma l-problemi li s-soċjetà ta’ madwaru għaddejja minnhom, imma wkoll iħoss responsabbiltà u jieħu azzjoni biex jieħu ħsieb din id-dar komuni li lkoll ngħixu fiha…

  • Kompli aqra »

Open Weekend fil-Kurja tal-Arċisqof

  • Fl‑okkażjoni tal‑festa ta’ San Kalċidonju, il‑Kurja tal‑Arċisqof fil‑Furjana qed tiftaħ il‑bibien tagħha għall‑pubbliku nhar is‑Sibt 20 ta’ Lulju (5pm-9pm) u l‑Ħadd 21 ta’ Lulju (9am-1pm). Il‑pubbliku hu mistieden iżur il‑bini tal‑Kurja li kien magħruf bħala Casa Manresa, u jara x‑xogħol ta’ restawr li qed isir.

    Matul dawn il‑jumejn ser jiġu organizzati guided tours kull siegħa, kunċerti fil‑bitħa ċentrali, u żewġ esebizzjonijiet b’dokumenti mill‑Arkivju Djoċesan li jmorru lura għas‑seklu 16 u b’pitturi tal‑artist Joseph Calleja…

  • Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob lil Assad biex jipproteġi lid-dgħajfa fis-Sirja

  • Pope Francis, with concern for the humanitarian crisis in bombarded Idlib, has called on Syrian President Bashar al-Assad to safeguard the weak and defenceless civil population in his country.

    “The Holy Father asks the president to do everything possible to stop this humanitarian catastrophe, to safeguard the defenceless population, especially the weakest, in compliance with International Humanitarian Law,” Secretary of State Cardinal Pietro Parolin told Vatican News July 22…

  • Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Lulju

  • Santa Briġida tal-Iżvezja, Reliġjuża u Patruna tal-Ewropa – Festa
    Qari tal-jum
  • L-Ewwel Qari: Gal 2:19-20
    Salm: 33: 2-11

    L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

  • F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott hu jneħħiha; u kull waħda li tagħmel frott inaddafha, biex tagħmel frott aktar…

  • Kompli aqra »