Yearly Archives: 2019

L-Evanġelju f’Jum il-Milied: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 52, 7-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin… Kompli aqra »

It-twelid ta’ Ġesù: ir-risposta tal-imħabba

Il-messaġġ tal-Milied tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

Fl-esperjenza tat-talb tal-Knisja f’dan iż-żmien qaddis tal-Milied, it-tema tad-dawl jiddi fid-dlam hija tema qawwija ħafna. Fil-lejl tal-Milied niftakru fil-profezija ta’ Iżaija li jgħidilna li “Il-poplu li kien miexi fid-dlam ra dawl kbir” (Iż 9:1). Is-sebħ tal-Mulej idda fuq l-umanità, fuqna – bnedmin li għandna tassew bżonn it-twelid tas-Salvatur.

Ħafna drabi f’dawn il-ġranet, fit-talb tiegħi niftakar f’talba li għallimna San Ġorġ Preca: ‘Sinjur Alla, jiena għandi bżonnok’… Kompli aqra »

Live: Il-Quddiesa ta’ Nofsillejl u l-Quddiesa f’Jum il-Milied

Illejla, l-24 ta’ Diċembru, fil-10:45pm jibda l-uffiċċju tal-qari li matulu ssir il-prietka tat-tfal, kif ukoll programm ta’ għanjiet tal-Milied. F’nofsillejl l-Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Iċ-ċelebrazzjoni tixxandar live fuq TVM.

Għada, il-25 ta’ Diċembru, l-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 1-5.8b-12.14a.16
Salm: 88 (89), 2-3.4-5.27 u 29

L-Evanġelju: Lq 1, 67-79

F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid:

“Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3, 1-4.23-24
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.8-9.10 u 14

L-Evanġelju: Lq 1, 57-66

F’dak iż-żmien, Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru, imma qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu”… Kompli aqra »

Okkażjoni biex nagħżlu t-tajjeb u nwarrbu l-ħażin – L-Arċisqof waqt l-iskambju tal-awguri

Il-messaġġ tal-Arċisqof lill-pubbliku waqt l-iskambju tal-awgurju tal-Milied u s-Sena l-Ġdida

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lil kull min qiegħed hawn u li sab il-ħin biex nagħtu l-awgurju ta’ Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq lil xulxin. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kor li qed janima din il-laqgħa ta’ bejnietna.

Din is-sena ddeċidejt li nqassam il-verżjoni bil-Malti ta’ dokument sabiħ li nieda l-Papa Franġisku fuq it-tifsira u l-valur tal-presepju, Admirabile SignumKompli aqra »

Umanità li tgħaqqadna

In the Christian tradition, the season that prepares us for the celebrations of Christmas is called Advent. The word is derived from the Latin adventus which means ‘the coming’. It is a season of expectation, a season of hope, where we take stock of the darkness within us, among us and around us, in order to yearn for the light.

There are a number of saints that are celebrated during the season of Advent… Kompli aqra »

L-uffiċċji tal-Kurja magħluqin

Minn nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru sal-Ħadd 5 ta’ Jannar (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof u l-uffiċċji tal-Caritas, il-Furjana, u t-Tribunal Ekkleżjastiku, il-Belt Valletta, ser ikunu magħluqa. Il-Kurja, il-Caritas u t-Tribunal jiftħu mill-ġdid nhar it-Tnejn, 6 ta’ Jannar 2020. 

Nawguraw lilkom u lill-familji tagħkom l-isbaħ xewqat għal Milied qaddis! Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Diċembru

Ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 7, 10-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: Rum 1, 1-7

L-Evanġelju: Mt 1, 18-24

It-tnissil ta’ Ġesù l-Messija sar hekk: ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, saret omm bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu. Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel il-ħsieb li jibgħatha bil-moħbi tan-nies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għanja 2, 8-14
Salm: 32 (33), 2-3.11-12.20-21

L-Evanġelju: Lq 1, 39-45

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »