Arkivji mensili: April 2020

Id-dibattitu dwar il-kannabis għall-użu ‘rikreattiv’

Stqarrija maħruġa minn Caritas Malta, l-Aġenzija Sedqa, il-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Psikjatrija

Dibattitu dwar il-kannabis għall-użu ‘rikreattiv’

Caritas Malta, l-Aġenzija Sedqa, il-Fondazzjoni Oasi u l-Assoċjazzjoni tal-Psikjatrija f’Malta jinsabu fi qbil li:

  1. Hemm bżonn iktar sensibilità lejn persuni li jużaw il-kannabis.
  2. Il-liġi tal-2015 – Rijabilitazzjoni u mhux Priġunerija – kienet liġi effettiva u pass ’il quddiem biex persuni li jinqabdu bi kwantitajiet żgħar għall-użu personali jiġu dekriminalizzati u depenalizzati.
  3. Liġi dwar il-kannabis mediċinali kellha passi ’l quddiem peress li l-kannabis għandha propjetajiet mediċi u li meta jiġu użati abbażi ta’ riċerka, ikunu ta’ benefiċċju għall-pazjent…
  4. Kompli aqra »

Id-dehriet ma jżidu xejn ma’ dak li l-Mulej jixtieq jgħarrafna – L-Arċisqof

Quddiesa offruta għal dawk neqsin min-neċessitajiet bażiċi tal-ħajja u għal dawk il-ġenituri li qegħdin irabbu lil uliedhom weħidhom

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Naqsam magħkom żewġ ħsibijiet ispirati minn din is-silta mill-kapitlu 6 ta’ San Ġwann li qegħdin naqraw biċċa biċċa f’dawn il-jiem.

Ġesu jintroduċi lilu nnifsu bħala l-ħobż “li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja” (Ġw 6:33) u jgħid ukoll li dan il-ħobż, hu nnifsu, huwa mibgħut mill-Missier. “Jien hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġw 6:35). ’Il quddiem għarfu kif Ġesù jieħu din it-tema tal-ħobż u biha jgħallimna nafdaw fih, infittxuh biex ikollna ħajja tajba f’din l-art u anke fl-eternità… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 28 t’April, 9:30am

It-Tlieta tat-Tielet Ġimgħa

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ April

It-Tlieta tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 7, 51 – 8, 1a
Salm: 30 (31), 3ċd-4. 6ab u 7b u 8a. 17 u 21ab

L-Evanġelju: Ġw 6, 30-35

F’dak iż-żmien, in-nies staqsew lil Ġesù: “X’sinjal se tagħmel biex aħna narawh u nemmnuk? X’sejjer tagħmel? Missirijietna kielu l-manna fid-deżert, bħalma hemm miktub: “Tahom jieklu ħobż mis-sema”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, mhux Mosè takom il-ħobż mis-sema, iżda Missieri jagħtikom il-ħobż tassew mis-sema; għaliex il-ħobż ta’ Alla huwa dak li jinżel mis-sema u jagħti l-ħajja lid-dinja”… Kompli aqra »

Nitħabtu għal dak li jibqa’ – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa offruta għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei b’mod speċjali dawk morda jew li kienu involuti f’xi inċident

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa, il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-Omelija tal-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi

“Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem”. Dan hu l-kliem li Ġesù qal lin-nies meta dawn marru jfittxuh, u fl-aħħar sabuh, u allura kienu kuntenti li sabuh. Imma Ġesù, l-ewwel ħaġa li qalilhom hija li kienu qed ifittxuh għax kienu kielu u xebgħu.

Dawn kienu n-nies li kienu semgħu lil Ġesù, imbagħad Ġesù temagħhom bil-miraklu tat-tkattir tal-ħobż, fejn ir-rakkont jgħid li kielu kemm riedu; u allura marru warajh għax raw fih dak li jista’ jipprovdilhom il-ħobż u l-affarijiet neċessarji… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob għall-artisti biex ikunu jistgħu jgħinu bil-kreattività tagħhom f’dan iż-żmien diffiċli

Pope Francis introduced morning Mass on Monday of the Third Week of Easter, with special thoughts for artists.

“Let us pray today for artists, for those who have this great capacity for creativity,” and for showing us the way to beauty. He continued: “May the Lord give us all the grace of creativity at this time.”

He then reflected on the Gospel reading of the day (Jn 6:22-29) in which Jesus redirects the crowd for seeking Him after the multiplication of the loaves and fishes only because their stomachs had been filled by exhorting them “not to work for food that perishes, but for the food that endures for eternal life.”

Being good people, the Pope said, they asked him how to accomplish this and Jesus replied: “This is the work of God, that you believe in the one he sent.”

Pope Francis explained that the crowd listened to Jesus “without getting tired.” Once sated, they thought they would make Him king, “but they had forgotten their first enthusiasm for His Word.”

Remembering the first encounter with Jesus

So, he continued, the Lord reminded the crowd of their first encounter with the Word, and “He corrected the path of the people who had taken a more worldly, rather than evangelical path.”

This happens to us too, the Pope warned, when we move away from the path of the Gospel and we lose the memory of our first enthusiasm for the Word of the Lord… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 27 t’April, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek.
Ħeġġiġni bl-imħabba għalik biex f’ħajti u f’mewti jiena nemmen fik,
nitma’ fik
u nibqa’ nħobbok għal dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ April

It-Tnejn tat-Tielet Ġimgħa tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 6, 8-15
Salm: 118 (119), 23-24.26-27.29-30

L-Evanġelju: Ġw 6, 22-29

L-għada li Ġesù mexa fuq il-baħar, in-nies li kienu għadhom in-naħa l-oħra tal-baħar raw li hemmhekk ma kienx hemm ħlief dgħajsa waħda u li Ġesù ma kienx tela’ fiha mad-dixxipli tiegħu, imma li d-dixxipli kienu marru weħidhom. Mela waslu xi dgħajjes oħra minn Tiberija qrib fejn kienu kielu l-ħobż wara li l-Mulej kien radd il-ħajr… Kompli aqra »

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident f’Dar Saura

  Dar Saura, ir-Rabat

L-amministrazzjoni tad-Djar tal-Knisja għall-anzjani tikkonferma li ħadd ma weġġa’ wara li llejla żviluppa nar żgħir f’kamra f’Dar Saura, ir-Rabat. Filwaqt li ġew imsejħa l-membri tal-protezzjoni ċivili, in-nar kien laħaq intefa minn ħaddiema tal-istess dar. Fuq il-post ġew imsejħa wkoll il-pulizija u team mediku mill-isptar Mater Dei li taw l-għajnuna meħtieġa u ċċertifikaw li ħadd ma weġġa’. Żewġ residenti, nurse u carer kellhom jingħataw l-ossiġnu minħabba d-dħaħen li belgħu.  

F’Dar Saura bħalissa jgħixu 61 resident… Kompli aqra »