Arkivji mensili: Awwissu 2020

Ix-Xahar tal-Ħolqien: Ġublew għad-dinja

In a joint statement, the presidents of the CCEE and the CEC invite the faithful to take part in the Season of Creation, encouraging them to celebrate the richness of the Christian faith as an expression to protect our common home.

From 1 September to 4 October, Christians all over the world celebrate the Season of Creation, as well as the Day of Creation on 1 September… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Aħna amministraturi msejħa biex naqsmu l-ġid tad-dinja ma’ kulħadd

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Quddiem il-pandemija u l-konsegwenzi soċjali tagħha, ħafna qed jirriskjaw li jitilfu t-tama. F’dan iż-żmien ta’ inċertezza u ta’ uġigħ, nistieden lil kulħadd biex jilqa’ d-don tat-tama li ġejja minn Kristu. Hu li jgħinna nbaħħru qalb l-ilmijiet imqallba tal-mard, tal-mewt u tal-inġustizzja, li m’għandhomx l-aħħar kelma fuq id-destinazzjoni finali tagħna.

Il-pandemija kixfet u aggravat il-problemi soċjali, fuq kollox in-nuqqas ta’ ugwaljanza… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 26 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 3, 6-10.16-18
Salm: 127 (128), 1-2.4-5

L-Evanġelju: Mt 23, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Qiskom oqbra mbajda: minn barra jidhru sbieħ, u minn ġewwa mimlija għadam tal-mejtin u kull xorta ta’ ħmieġ! Hekk intom; minn barra tidhru tassew ġusti quddiem il-bnedmin, waqt li minn ġewwa kollkom ipokrisija u ħażen! … Kompli aqra »

L-edukazzjoni tgħinna nitnaddfu mill-għanqbut tal-injoranza u mit-tartru tal-preġudizzji – L-Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Ġużepp Calasanz, il-patrun tal-iskejjel Kattoliċi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kif smajtu fil-bidu tal-quddiesa, is-saċerdot li qara l-Evanġelju llum huwa Dun David Borg minn Ħaż-Żabbar, li bħalissa qiegħed jagħmel is-servizz tiegħu saċerdotali fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien. Dun David huwa wkoll artist bravu u jalla jkompli dan it-talent ukoll fil-ħajja saċerdotali tiegħu. Nitolbu għalih, li huwa saċerdot novell, wieħed mill-10 saċerdoti ġodda li bihom berikna l-Mulej. Nawgurawlu ħafna.

Ġesù llum jagħtina tliet kelmiet li għalih huma l-iżjed valuri importanti… Kompli aqra »

Live: Quddiesa u Rużarju mill-Kurja tal-Arċisqof – 25 ta’ Awwissu, 9:30am

  Il-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tess 2, 1-3a.13-17
Salm: 138 (139), 1-3.4-6

L-Evanġelju: Mt 23, 23-26

F’dak iż-żmien, Ġesù waqt li kien qed jitkellem qal: “Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-busbies u l-kemmun, u mbagħad tagħlqu għajnejkom għal dak li hu l-aqwa fil-Liġi, jiġifieri, il-ġustizzja u l-ħniena u s-sinċerità! Dawn kien imisskom tagħmlu, bla ma tħallu l-oħrajn barra, ja mexxejja għomja, li ma tħallux nemusa tgħaddi mill-passatur, biex imbagħad tibilgħu ġemel! … Kompli aqra »

Ma hemm ebda qerq fih – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa ta’ San Bartilmew

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

San Bartilmew hu wieħed mit-tnax-il Appostlu. Twieled f’Kana tal-Galilija, u hu indikat bħala dak li fl-Evanġelju ta’ San Ġwann jissemma bħala Natanael. Fil-fatt, San Ġwann isemmi lil Natanael filwaqt li l-evanġelisti l-oħra jsemmu lil Bartilmew bħala wieħed mill-appostli. Hawnhekk, kif rajna fl-Evanġelju, kien l-appostlu Filippu li ħajru biex imur għand Ġesù, u meta Ġesù rah, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem… Kompli aqra »

Il-Papa jitlob għall-vittmi tal-Covid-19

Dear brothers and sisters, good day!

This Sunday’s Gospel reading (see Mt 16:13-20) presents the moment in which Peter professes his faith in Jesus as Messiah and Son of God. The Apostle’s confession is provoked by Jesus Himself, who wishes to lead His disciples to take the decisive step in their relationship with Him. Indeed, the entirety of Jesus’s journey with those who follow Him, especially with the Twelve, is one of educating their faith… Kompli aqra »

Il-bieb tal-fejqan li San Publiju fetaħ għall-Maltin – L-Arċisqof

Quddiesa tal-festa ta' San Publiju

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Publiju, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Publiju f’ċirkustanzi partikolari. Aħna ma nistgħux ma nitolbux l-interċessjoni ta’ dan il-prinċep tal-gżira, il-protos tagħna, li l-Mulej għażlu biex juri min aħna tassew.

Fil-qalb ta’ Publiju aħna nitolbu li naraw il-qalb ta’ kull wieħed u waħda minna. Imma l-qalb ta’ Publiju x’kienet? Il-qalb Maltija ta’ Publiju kienet il-qalb li meta tara l-proxxmu fil-bżonn tmidd l-id tal-imħabba, tal-għożża u tal-ħbiberija… Kompli aqra »