Arkivji mensili: Diċembru 2020

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Diċembru

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 52, 7-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6
It-Tieni Qari: Lhud 1, 1-6

L-Evanġelju: Ġw 1, 1-18

Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla. Hu kien fil-bidu ma’ Alla. Kollox bih sar, u xejn ma sar mingħajru; kulma sar kellu l-ħajja fih, u l-ħajja kienet id-dawl tal-bnedmin… Kompli aqra »

It-twelid tat-Tabib tar-Ruħ

Il-messaġġ tal-Milied mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Il-messaġġ tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Fil‑lejl qaddis tal‑Milied huwa ta’ pjaċir kbir għalija li nsellem lil kull wieħed u waħda minnkom, għeżież Maltin u Għawdxin. Insellmilkom bit‑tislima tal‑anġlu f’dan il‑lejl qaddis: Glorja lil Alla fil‑ogħla tas‑smewwiet, paċi fl‑art lil bnedmin ta’ rieda tajba, lill‑bnedmin li Alla tassew iħobb. Illum fil‑belt ta’ David tweldilna Salvatur li hu Kristu l‑Mulej (ara Lq 2:11‑14). Imma dan il‑kliem f’din is‑sena daqshekk ikkumplikata, immarkata bil‑pandemija tal‑COVID‑19, xi jfisser? 

Din is‑sena, f’dan il‑Milied, ejjew nistiednu lill‑Mulej Ġesù jiġi magħna u jiġi fostna ta’ li hu: Alla mħabba magħmul bniedem… Kompli aqra »

Avviż

Mill-Ħamis 24 ta’ Diċembru sal-Ħadd 3 ta’ Jannar (iż-żewġ ġranet inklużi), il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana u t-Tribunal Ekkleżjastiku fil-Belt Valletta, se jkunu magħluqa. Se jiftħu mill-ġdid għall-pubbliku mit-Tnejn 4 ta’ Jannar 2021. Kompli aqra »

Il-festa tad-dawl – L-Arċisqof

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Dan il-kantiku sabiħ li l-Knisja titlob kuljum ma’ sbieħ il-jum, huwa l-kantiku ta’ missier Ġwanni l-Battista, ta’ Żakkarija. Żakkarija hu missier Ġwanni.

L-isem stess Żakkarija jfisser ‘Alla jiftakar’. Aħna, mill-għerq ‘żakar’, minn fejn ġej l-isem Żakkarija, għandna biss iż-żokra li hija t-tifkira tal-omm tagħna. Minn hemmhekk ġej l-għerq tal-kelma żokra, li hija wkoll l-istess għerq tal-isem Żakkarija, li Alla jiftakar… Kompli aqra »

Uffiċċju tal-Qari, Għanjiet tal-Milied u Quddiesa ta’ Nofsillejl, 24 ta’ Diċembru, 11:15pm

  Il-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Il-Papa jmexxi aktar kawżi ta’ qdusija bl-ippubblikar tad-digrieti

The Servant of God, Judge Rosario Livatino, who was killed by the mafia in 1990. 

During an audience granted to Cardinal Marcello Semeraro, Prefect of the Congregation for the Causes of Saints, Pope Francis authorized the publication of Decrees regarding:

 – the martyrdom of the Servant of God Rosario Angelo Livatino, layman; born 3 October 1952 at Canicatti, Italy; killed, in hatred of the faith, on the highway between Canicatti and Agrigento on 21 September 1990;

 – the heroic virtue of the Servant of God Vasco de Quiroga, Bishop of Michoacán, Mexico; born around 1470 in Madrigal de las Altas Torres, Spain; died in Pátzcuaro, Mexico on 14 March 1565;

 – the heroic virtue of the Servant of God Bernardino Piccinelli (né Dino), of the Order of the Servants of Mary [Servites], titular Bishop of Gaudiaba and Auxiliary of Ancona; born 24 January 1905 at Madonna dei Fornelli, in the municipality of San Benedetto Val di Sambro, Italy; died at Ancona, Italy on 1 October 1984;

 – the heroic virtue of the Servant of God Antonio Vincenzo González Suárez, diocesan Priest; born 5 April 1817 at Agüimes, Spain; died at Las Palmas, Spain, on 22 June 1851;

 – the heroic virtue of the Servant of God Antonio Seghezzi, diocesan Priest; born 25 August 1906 in Premolo, Italy; died at Dachau, Germany, on 21 May 1945;

 – the heroic virtue of the Servant of God Bernardo Antonini, diocesan Priest; born 20 October 1932 at Cimego, Italy; died at Karganda, Kazakhstan on 27 March 2002;

 – the heroic virtue of the Servant of God Ignazio Stuchlý, Priest of the Society of Saint Francs de Sales [Salesians]; born 14 December 1869 in Bolesław, in what is now Poland; died in Lukov, Czech Republic on 17 January 1953;

 – the heroic virtue of the Servant of God Rosa Staltari, professed Religious of the Congregation of the Daughters of Mary Most Holy, Co-Redemptrix; born 3 May 1951 at Antonimina, Italy; died in Palermo, Italy, on 4 January 1974… Kompli aqra »

Il-Papa waqt l-udjenza: “Id-dgħufija” ta’ Ġesù hija tagħlima tal-Milied

Katekeżi fuq il-Milied

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

F’din il-katekeżi, hekk qrib tal-Milied, nixtieq noffrilkom xi spunti għar-riflessjoni bi tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-Milied. Fil-Liturġija tal-Lejl tal-Milied se tidwi l-aħbar tal-anġlu lir-ragħajja: “Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir, ferħ li se jkun għall-poplu kollu. Illum, fil-belt ta’ David, twildilkom Salvatur, li hu l-Messija, il-Mulej. U bħala sinjal ikollkom dan; issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura” (Lq 2:10-12)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 24 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Sam 7, 1-5.8b-12.14a.16
Salm: 88 (89), 2-3.4-5.27 u 29

L-Evanġelju: Lq 1, 67-79

F’dak iż-żmien, Żakkarija, missier Ġwanni, imtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid: “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu, u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, bħalma wiegħed fl-imgħoddi b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu, biex isalvana mill-għedewwa tagħna, u minn idejn dawk kollha li jobogħduna… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Diċembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »