Arkivji mensili: Frar 2021

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
Salm: 50 (51), 3-4.12-13.18-19

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

Fir-Randan irridu naħfru u nitolbu maħfra mill-qalb – L‑Arċisqof

Quddiesa fit-tifkira ta' San Polikarpu

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għadna kemm smajna t-talba tant għaziża li aħna nsejħulha t-talba li għallimna Ġesù, it-talba li tgħallimna nħarsu lejn il-Missier bħala l-Missier ta’ kull wieħed u waħda minna. Ġesù m’għallimniex ngħidu ‘Missieri, li inti fis-smewwiet’ imma għallimna ngħidu “Missierna li inti fis-smewwiet”.

Tifhmu wkoll li t-talba li ngħidu ħierġa mill-Evanġelju skont San Mattew. Għandna verżjoni oħra tat-talba tal-Mulej li nsibuha fl-Evanġelju skont San Luqa imma t-talba li aħna ngħidu fil-quddiesa u meta nitolbu, b’mod speċjali anke meta nitolbu r-rużarju, hi meħuda mill-kapitlu 6 tal-Evanġelju ta’ San Mattew… Kompli aqra »

Mibnija fuq blata – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fil-festa tal-Kattedra ta’ San Pietru

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Minn fost l-appostli kollha li Ġesù bagħat biex ixandru l-Bxara t-Tajba, għażel lil Pietru biex ikun dak li jmexxi l-Knisja taħt il-mexxej il-kbir, li hu Kristu nnifsu. Il-Papa San Ljun il-Kbir, hu u jirrifletti fuq ir-rakkont li għadna kemm smajna fl-Evanġelju, jgħid: “Kemm hu kbir u tal-għaġeb is-sehem li Kristu għoġbu jagħti lil dan ir-raġel mis-setgħa tiegħu stess!”

Rajna lil Ġesù jistaqsi lill-Appostli dwar in-nies min jgħidu li hu… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55, 10-11
Salm: 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19

L-Evanġelju: Mt 6, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

Titnieda l-Assoċjazzjoni għall-beatifikazzjoni u l-kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

L‑Arċisqof Charles Jude Scicluna approva t‑twaqqif tal‑Assoċjazzjoni Henry u Inez Casolani fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta. L‑Assoċjazzjoni twaqqfet bl‑għan li tippromwovi l‑kawża ta’ beatifikazzjoni u kanonizzazzjoni tal‑Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani, koppja miżżewġa li għexu ħajja Nisranija devota u eżemplari. Il‑koppja żżewġet f’April tal‑1944 fil‑Knisja ta’ Santu Wistin il‑Belt Valletta.

Inez Casolani twieldet Bormla fl‑1915 u kienet mħarrġa bħala għalliema. Kienet għalliema b’vokazzjoni u, għalkemm waqfet minn din il‑professjoni wara ż‑żwieġ, baqgħet tgħallem il‑privat b’xejn lit‑tfal minn familji fil‑bżonn… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku: Bil-fidi, bit-talb u l-penitenza negħlbu l-ħażen

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

Nhar l-Erbgħa li għadda, permezz tar-rit penitenzjali tal-irmied bdejna l-mixja tar-Randan. Illum, l-ewwel Ħadd ta’ daż-żmien liturġiku, il-Kelma t’Alla  turina t-triq biex dawn l-erbgħin ġurnata li jwassluna saċ-ċelebrazzjoni annwali tal-Għid, ngħixuhom b’mod li jtina l-frott.   Hija t-triq li terraq Ġesù li l-Evanġelju, bl-istil essenzjali ta’ Marku, jiġbor fi ftit kliem u jgħidilna li Hu, qabel ma beda l-predikazjzoni tiegħu, irtira għal erbgħin jum fid-deżert fejn kien imġarrab minn Satana (cfr 1, 12-15)… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Frar, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5, 1-4
Salm: 22, 1-6

L-Evanġelju: Mt 16, 13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom… Kompli aqra »

Quddiesa tal-Ħadd – 21 ta’ Frar 2021, 9:30am

  Is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar