Arkivji mensili: Marzu 2021

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 28 ta’ Marzu

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7
Salm: 21 (22), 8-9.17-18a.19-20.23-24
It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11

L-Evanġelju: Mk 14, 1 – 15, 47

Kien għad baqa’ jumejn għall-Għid u għall-Ażżmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħħhom u jagħtuh il-mewt. Għax bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu”… Kompli aqra »

Hawn jien! – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tat-tħabbira tal-Mulej

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hi providenzjali li l-festa, solennità, li qed niċċelebraw illum ta’ Marija Annunzjata hija lejlet iċ-ċelebrazzjoni tal-Madonna tad-Duluri.

Għall-ewwel, meta tara ż-żewġ ġrajjiet li jirrappreżentaw, tgħid: hemm baħar jaqsam! Hemm differenza kbira bejn ġrajja u oħra.

Żewġ ġrajjiet f’kuntrast

Fil-fatt, fil-festa ta’ Marija Annunzjata aħna niċċelebraw il-bidu tal-ħajja, il-bidu tal-ħajja ta’ Ġesù proprju fil-mument tat-tnissil. Għalhekk hi ċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja… Kompli aqra »

“Dak li l-Madonna għamlet ma’ Ġesù, aħna nistgħu nagħmluh ukoll” – L-Arċisqof

Quddiesa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Kmieni dalgħodu rċevejt messaġġ mingħand wieħed mill-kappillani tagħna. Xtaq jaqsam miegħi poeżija ħelwa li kiteb żagħżugħ ta’ 17-il sena. Ngħidilkom il-verità meta qrajtha bqajt mistagħġeb bil-ħila poetika ta’ dan iż-żagħżugħ Malti. Kont ukoll emozzjonat, kommoss, bil-ħsieb tiegħu. Hu, fil-jum tad-Duluri, jilmah lil ommna Marija:

Ilmaħtek, Marija, bilwieqfa fuq l-għuda titnikket,
titbekka, timtela’ bil-hemm;
ilmaħtek, Marija, issofri sal-aħħar
il-għera tal-bniedem li xerred id-demm… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Marzu, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 21-28
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Ġw 11, 45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali… Kompli aqra »

Omm it-tama – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa f'Jum id-Duluri

  Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Waħda mill-invokazzjonijiet li l-Papa Franġisku dan l-aħħar żied fil-Litanija tal-Madonna hija “Omm it-tama”. Lil Marija aħna nqimuha u nħarsu lejha bħala “Omm it-tama”. U meta nħarsu lejha taħt is-salib, meta hi wieqfa imma siekta, taqsam it-tbatija ma’ binha u tbati hi wkoll, hemmhekk narawha tassew bħala Omm it-tama.

Kienet it-tama li dejjem mexxiet lil Marija fil-ħajja tagħha. Hi għarfet li t-tama tfisser li int tqiegħed il-fiduċja tiegħek fil-Kelma ta’ Alla, li jkun hu li jmexxik… Kompli aqra »

Xandiriet taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi matul il-Ġimgħa Mqaddsa 2021

Din is‑sena wkoll, minħabba l‑pandemija tal‑COVID‑19, l‑Insara qed jiġu mistiedna jipparteċipaw fiċ‑ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa permezz tal‑mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali. L‑Arċisqof Charles Scicluna ser imexxi dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet li ser jixxandru b’mod dirett fuq TVM2, u online fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħadd 28 ta’ Marzu, fid‑9:30 a.m., Mons. Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni ta’ Ħadd il‑Palm, bit‑tberik tal‑friegħi taż‑żebbuġ u l‑palm, u wara jkompli bil‑Passjoni tal‑Mulej fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina… Kompli aqra »

Quddies f’Jum id-Duluri – 26 ta’ Marzu

  Il-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù (Ta' Ġieżu), il-Belt Valletta

Quddiesa fid-9:30am immexxija mill-Isqof Joseph Galea-Curmi Quddiesa fil-5:30pm immexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa ta’ Devozzjoni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
Salm: 17

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »