Arkivji mensili: Ottubru 2021

Xi jsejħilna nagħmlu Ġesù? – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Ġurnata Missjunarja

  Is-Santwarju tal-Madonna ta' Atoċja (tas-Samra), il-Ħamrun

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jmur Ġeriko. Ġeriko huwa post speċjali. L-ewwel nett l-istudjuż jgħidilna li huwa l-eqdem belt li għadha teżisti sal-lum u li fiha għadhom jgħixu n-nies. L-arkeoloġija tgħallimna li l-bniedem kien jgħix f’Ġeriko 11,000 sena qabel Ġesù. Jiġifieri 13,000 sena ilu Ġeriko kien hemm jgħixu n-nies. Ġesù jmur f’dan il-post li jaf l-istorja tal-bniedem. Huwa wkoll post fond ħafna għaliex Ġeriko hi mibnija madwar 300 pied ’l isfel mil-livell tal-baħar… Kompli aqra »

Il-Ħadd tal-Missjoni fid-Dinja

Ta’ kull sena x-xahar ta’ Ottubru jkun iddedikat għall-missjoni. Ix-Xahar tal-Missjoni jibda bl-1 ta’ Ottubru, festa ta’ Santa Tereża ta’ Lisieux, il-patruna tal-missjonijiet filwaqt li t-tieni l-aħħar l-Ħadd huwa l-Ħadd tal-Missjoni Dinjija. Din hija opportunità biex tingħata attenzjoni speċjali lill-importanza li taqsam il-fidi fil-missjoni,” Mons. Valentino Borg, Direttur Nazzjonali ta’ Missio Malta.

Il-messaġġ li Papa Franġisku għażel għal din is-sena huwa ispirat mill-Iskrittura Biblika: “Għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Atti 4:20

“Dan iġegħelna l-ewwel u qabel kollox sabiex nippruvaw nifhmu kif nistgħu nkunu xhieda tal-Vanġelu u kif nistgħu nkunu profeti t’Alla… Kompli aqra »

Il-fatti dwar l-art f’Għawdex

Miktub minn Michael Pace Ross, is-Segretarju Amministrattiv tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Bla ma riedet il-Knisja inqabdet f’kontroversja wara li l-Aġenzija tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet aċċettat ir-reġistrazzjoni ta’ meded ta’ art f’Għawdex, li ħalliet lir-residenti inċerti dwar jekk għandhomx titlu legali fuq djarhom.

Din l-art ġiet reġistrata f’isem il-Fondazzjoni Abbazia San Antonio Delli Navarra, li kienet twaqqfet min-nobbli Cosmana Cumbo Navarra fl-1675, wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż legali fl-2019 li fetaħ dawn il-meded t’art bħala żoni ta’ reġistrazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa fil-Ġurnata Missjunarja – 24 ta’ Ottubru, 9:30am

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Ottubru

It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:7-9
Salm: 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Lhud 5:1-6

L-Evanġelju: Mk 10:46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

Bilanċ bejn il-ħin fuq is-social media u l-ħin ma’ sħabna – L-Arċisqof fl-MCAST

  L-MCAST f’Raħal Ġdid

L-Arċisqof Charles Scicluna żar l-istudenti u t-tmexxija tal-MCAST f’Raħal Ġdid, il-Ġimgħa, 22 ta’ Ottubru 2021. Huwa ntlaqa’ mill-Prof. Ian Refalo, il-President tal-Bord tal-Gvernaturi, il-Prof Joachin James Calleja, il-Prinċipal u l-Kap Eżekuttiv tal-Kulleġġ, u mit-tim taċ-chaplaincy immexxi minn Fr Richard Ebejer SDB.

Waqt laqgħa mal-istudenti, l-Arċisqof qal li l-komunità tal-MCAST qiegħda dejjem tikber b’ħiliet li se jservu ta’ ġid għall-pajjiż. Huwa appella lill-istudenti sabiex ma jiqfux ikunu preżenza sabiħa fis-soċjetà billi jużaw il-ħiliet u t-talenti tagħhom mal-persuni fil-bżonn u wkoll b’xogħol volontarju f’diversi NGOs… Kompli aqra »

Nagħżlu s-sewwa – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Għala ma tiġġudikawx intom stess x’inhu s-sewwa?” Dan hu l-kliem li Ġesù qal lin-nies meta kien qed jilmenta magħhom li kienu kapaċi jaqraw is-sinjali tat-temp – se tagħmel ix-xita, jew se tkun sħana – imma mhux is-sinjali taż-żminijiet. Hawnhekk jagħmel l-enfasi fuq “x’inhu s-sewwa”.

Nafu li mhix l-ewwel darba li Ġesù jitkellem fuq x’inhu s-sewwa. Fl-Evanġelju skont San Ġwann għandna enfasi partikulari fuq is-sewwa, fuq il-verità… Kompli aqra »

COMECE: L-Isqfijiet Ewropej se jiddiskutu l-kontribut tal-Knisja biex jindirizzaw l-isfidi Ewropej

L-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi se jirrappreżenta lill-Konferenza Episkopali Maltija

Delegates of the Bishops’ Conferences of the European Union will participate in the COMECE Autumn Assembly to be held in a hybrid format on 27-28 October 2021, with the participation of Colin Scicluna, Head of cabinet of the Vice President of the European Commission in charge of Democracy and Demography, and Herman Van Rompuy, President emeritus of the European Council. The event will focus on the Conference on the Future of Europe and will include an exchange with young people… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 1-11
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

San Ġużepp jgħallimna r-rispett – L-Arċisqof

Quddiesa u tnedija tal-ktieb 'Sliem Għalik Ġużeppi Bin David' miktub minn Patri Martin Mamo

  Il-Knisja Parrokkjali ta' San Ġużpepp, il-Kalkara

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Ġesù jitkellem fuq qaddej fidil u għaqli. Il-Papa Franġisku, meta tana dokument sabiħ fuq San Ġużepp għal din is-sena ddedikata lilu, ħin minnhom jgħidilna li Ġesù tgħallem xi tfisser il-fedeltà u xi jfisser l-għaqal li hu nnota kif kienu jgħixu Marija u Ġużeppi. Kif tgħallem ukoll il-bżulija, l-onestà, is-sens tal-ġustizzja li jmur lil hemm mil-liġi. U nimmaġinah meta kiber u qed jipprova jgħallem lid-dixxipli tiegħu kif tkun qaddej fil-komunità, nimmaġinah jaħseb f’ommu u f’dak li għad-dinja kollha kien missieru: San Ġużepp, il-qaddej fidil u għaqli… Kompli aqra »