Yearly Archives: 2021

Il-Kunsill tal-Kardinali jiltaqa’ biex jiddiskuti s-Sinodu tal-Isqfijiet

Pope Francis joined the Council of Cardinals for their online meeting on Monday afternoon, according to a communique from the Holy See Press Office released on Tuesday.

“After a brief introduction to the work by Cardinal Óscar Rodríguez Maradiaga, Pope Francis offered a reflection on the opening of the work of the next Synod on synodality,” said the statement.

The Pope reviewed two of his speeches “identified as central to his thinking” on the next Synod: “his 2015 speech for the 50th anniversary of the institution of the Synod of Bishops; and his discourse to the faithful of the Diocese of Rome last Saturday.”

The statement said the Pope “made it clear that at the heart of the reflection is not so much the deepening of a specific theme as learning a way of living the Church, marked at all levels by mutual listening and a pastoral attitude, particularly in the face of the temptations of clericalism and rigidity.”

The Cardinals present then shared their own reflections on various aspects of the synodal path and the need to overcome “sectarianism and partisan interests.”

The next meeting was scheduled for December, when the Cardinals hope to meet in person… Kompli aqra »

Dar Regina Pacis: ix-xogħol ta’ restawr jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin

  Ħal Balzan

Ix-xogħol ta’ restawr f’Dar Regina Pacis f’Ħal Balzan se jitlesta fil-ġimagħat li ġejjin u se tkun tista’ toffri l-ewwel servizz ta’ social housing mhux governattiv f’Malta. Id-Dar se tilqa’ familji u individwi li għal xi raġuni jew oħra m’għandhomx ċans jgħixu b’mod indipendenti għal rashom. Minbarra li jkollhom saqaf fuq rashom dawn il-persuni ser jingħataw l-għajnuna biex jiksbu l-ħiliet u s-sapport biex ikunu jistgħu jgħixu b’mod indipendenti fil-komunità, wara li jispiċċaw il-program tagħhom fid-dar… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 23 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħag 1, 1-8
Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a & 9b

L-Evanġelju: Lq 9, 7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: iż-żjajjar f’Budapest u s-Slovakkja kienu ‘pellegrinaġġ ta’ talb u tama’

  Il-Vatikan

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq inkellimkom fuq il-Vjaġġ Appostoliku li għamilt f’Budapest u fis-Slovakkja, u li għalaq proprju ġimgħa ilu, l-Erbgħa li għaddiet. Li kelli niġbru fi ftit kelmiet, ngħid hekk: kien pellegrinaġġ ta’ talb, pellegrinaġġ lejn l-għeruq, pellegrinaġġ ta’ tama. Talb, għeruq u tama.

1. L-ewwel tappa kienet Budapest, għall-Quddiesa tal-għeluq tal-Kungress Ewkaristiku Internazzjonali, li tmexxiet għal sena eżatt wara meta kienet ippjanata, minħabba l-pandemija… Kompli aqra »

ŻAK involuta fi proġett ta’ riċerka biex tifhem liż-żgħażagħ aħjar

Taħriġ f’Malta għal persuni li jiġbru d-data mill-Azzjoni Kattolika tal-Italja, ir-Rumanija, Spanja u Malta

Fil-bidu ta’ Settembru, iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) laqgħet f’Malta numru ta’ persuni li qegħdin jiġbru d-data (data collectors) mill-Azzjoni Kattolika Rumena, Spanjola, Taljana u kif ukoll miż-ŻAK stess. Dawn il-persuni ngħataw taħriġ fuq tlitt ijiem bħala parti mill-proġett ta’ riċerka ta’ tliet snin li qed isir bejn dawn l-għaqdiet (strategic partnership).

Il-proġett, bl-isem ta’ ‘Supporting Volunteers in Youth Organisations’ għandu l-għan li jitfa’ dawl fuq il-parteċipazzjoni u l-impenn tal-voluntiera żgħażagħ f’dawn l-erba’ għaqdiet… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 22 ta’ Settembru, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Esd 9, 5-9
Salm: Tob 13, 2.3-4a.4bċd.5.8

L-Evanġelju: Lq 9, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda. U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

Infittxu f’kollox il-ġustizzja – L-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza

  Il-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Is-silta mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju li smajna fl-ewwel qari llum, għandha attwalità kbira għalina l-Maltin u l-Għawdxin aħna u niċċelebraw dan l-anniversarju ta’ Jum l-Indipendenza 2021. F’din is-silta mill-kapitlu sitta tal-Ewwel Ittra lil Timotju, San Pawl qiegħed jindirizza lid-dixxiplu għażiż li kien maħtur bħala leader, kap ta’ komunità. Kien bniedem żagħżugħ mimli ħeġġa. L-Appostlu Missierna jeżortah biex ikun ta’ eżempju u jevita l-insidji tal-ħajja ta’ ragħaj, ta’ bniedem responsabbli minn komunità… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4: 1-7.11-13
Salm: 18: 2-5

L-Evanġelju: Mt 9: 9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »