Yearly Archives: 2021

L-għażla li nilqgħuh – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa Solennità tal-Milied

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Ftit ta’ żmien ilu, kien hemm fl-aħbarijiet dokument li kien imħejji għall-uffiċċju fl-Ewropa li kien intenzjonat biex jagħti gwida lin-nies kif għandhom jitkellmu b’attenzjoni; u fost l-eżempji – eżempju żbaljat – kien hemm dak li jekk int qed titkellem ma’ xi ħadd li mhux tal-istess reliġjon, flok “Milied” tuża kelma oħra – pereżempju, “il-festi”. Mir-reazzjoni li kien hemm, kienet ovvja li dan kien eżempju żbaljat, għax jekk int qed titkellem fuq ġrajja partikulari – u l-Milied hu ġrajja unika fl-istorja tal-umanità – int tirreferi għaliha b’isimha, mhux taħbi isimha b’kelma oħra… Kompli aqra »

Nitolbu lill-Familja Mqaddsa biex tiddefendi lil uliedna – L-Arċisqof

Quddiesa fil-Festa tal-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

Għandna espressjoni aħna l-Maltin u l-Għawdxin: ‘għamel xi ħaġa tinkiteb’ u din hi waħda mill-affarijiet li għamel Ġesù u li nkitbu għax insibuha fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Ta’ 12-il sena mill-għajn tal-ġenituri tiegħu, Ġużeppi u Marija, jagħmel ta’ rasu. L-Evanġelju jgħidilna li Ġesù “baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu” (Lq 2:43). Min jaf kemm-il darba għamilna hekk aħna, aħna u nikbru? … Kompli aqra »

Għand min se mmorru?

Article by Archbishop Charles Jude Scicluna

As Jesus addressed a crowd gathered at a fishing village on the shores of Galilee known as Capernaum, his adoptive domicile after leaving Nazareth, he experienced one of several low points in his ministry: upon hearing him talk about the Bread of Life — nourishment for the soul, an invitation to intimacy with the Lord, his body becoming food in an exchange of love and self-giving — a number of people walked away… Kompli aqra »

Quddies tal-Ħadd – 26 ta’ Diċembru 2021, 9:30am

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Diċembru

Il-Familja Mqaddsa ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Sam 1, 20-22.24-28
Salm: 83 (84), 2-3. 5-6. 9-10
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3, 1-2, 21-24

L-Evanġelju: Lq 2, 41-52

Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena telgħu wkoll, skont id-drawwa ta’ dik il-festa. Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu… Kompli aqra »

Imħabba li tagħmilna ħielsa u tagħtina ħajja ġdida – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fis-Solennità tal-Milied

  Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, Paola

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Hemm sentenza li qal Ġesù li nixtieq li tibqgħu tiftakru wara din il-ġurnata għax hi kelma tant sabiħa għal ħajjitna. Darba Ġesù, meta kien qed jispjega l-missjoni tiegħu, qal hekk: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 3:16). Din is-sentenza tiġbor proprju dak li qed niċċelebraw illum fil-Milied, meta qed niċċelebraw lil Alla li sar bniedem fostna, tarbija f’Betlehem… Kompli aqra »

Maħluqin fuq ix-xbieha tal-imħabba tal-Mulej – L‑Arċisqof fil-Milied

Quddiesa fis-Solennità tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

L-Evanġelju li għadna kemm qrajna huwa introduzjoni għall-Evanġelju skont San Ġwann. L-istudjużi jgħidulna li x’aktarx kien innu li kienet tkanta l-komunità Nisranija tal-bidu u li permezz tiegħu kienet tipprova tispjega dak li qegħdin niċċelebraw illum: dan il-misteru kbir li Alla li ma jidhirx, li Alla li huwa spirtu, dawl, ħajja, u verità u li aħna nkunu nistgħu narawh, immissuh u nħarsu lejh għaliex l-lben ta’ Alla “sar bniedem u għammar fostna u rajna l-glorja tiegħu” (Ġw 1:14)… Kompli aqra »

Il-kobor taċ-ċokon – L-Isqof Galea-Curmi

Il-Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Bħala sinjal ikollkom dan: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura”. Dan hu li qal l-anġlu lir-ragħajja, u mill-ewwel jolqotna l-kuntrast ta’ dan mal-bidu tal-Evanġelju skont San Luqa fejn jirrakkonta x’ried l-Imperatur Ċesri Awgustu mid-dinja kollha meta għamel iċ-ċensiment. Hawnhekk, l-Evanġelju fil-bidu jitkellem fuq in-nies ta’ poter. Hemm Ċesri Awgustu, li ried ikun jaf kemm għandu nies mad-dinja kollha, u għalhekk ġiegħel lin-nies jagħmlu ċ-ċensiment u minħabba f’hekk li Ġużeppi u Marija kellhom imorru Betlehem; u hawn isemmilek ukoll lill-gvernatur tas-Sirja, Kirinu… Kompli aqra »

Is-sinjal ta’ bidu ġdid – L‑Arċisqof

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Katidral ta' San Pawl, l-Imdina

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“F’dawk l-inħawi kien hemm xi ragħajja fir-raba’, għassa mal-merħla tagħhom bil-lejl. U dehrulhom anġlu tal-Mulej, il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom. u qabadhom biża’ kbir. Iżda l-anġlu qalilhom: ‘Tibżgħux, għax araw, qiegħed inħabbrilkom ferħ kbir” (Lq 2:8-9).

F’dan il-lejl qaddis tal-Milied bħar-ragħajja ta’ Betlehem ejjew inħossu li l-glorja tal-Mulej qiegħda tiddi madwarna. Dan il-verb li juża San Luqa f’dan ir-rakkont ma jintużax sikwit fit-Testment il-Ġdid: “il-glorja tal-Mulej iddiet madwarhom”… Kompli aqra »