Arkivji mensili: Ġunju 2022

Ħadd u xejn qabel il-Mulej – L-Isqof Galea-Curmi

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Xi kultant, fl-Evanġelju, naraw lil Ġesù qisu jġib ruħu ta’ bniedem diffiċli; ma jogħġbu xejn, jew fi tweġibiet tiegħu qisu diffiċli. U s-silta li qrajna llum, mill-Evanġelju skont San Mattew, għall-bidu tagħtina din l-impressjoni. Hawnhekk hawn tnejn min-nies li jitkellmu ma’ Ġesù, u tajjeb naraw u nifhmu x’qed jgħid Ġesù bit-tweġibiet tiegħu.

L-ewwel wieħed, li kien wieħed mill-kittieba, qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jien niġi warajk” (Mt 8:19)… Kompli aqra »

Interessat fl-etika fin-negozju jew fl-ambjent?

The Professional Ethics Platform at the University of Malta is offering two inter-disciplinary postgraduate programmes coming October 2022.

The M.A. in Business Ethics aims to introduce candidates to the important ethical issues, concepts and theories linked to the context of business activities and related economic environments. The Master is an inter-faculty project—offered by the Faculty of Theology, in collaboration with the Faculty of Economics, Management and Accountancy (FEMA) and the Faculty of Laws—and brings together the fields of business studies, marketing, public policy, philosophical ethics, law, and moral theology… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 3:1-8; 4:11-12
Salm: 5:5-6,7,8

L-Evanġelju: Mt 8:23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ fuq dgħajsa, u d-dixxipli marru warajh. U qamet taqliba kbira fuq il-baħar, hekk li l-mewġ beda jgħatti d-dgħajsa; iżda hu kien rieqed. Id-dixxipli resqu fuqu, qajmuh u qalulu: “Salvana, Mulej! Se nintilfu!”. U qalilhom: “Dan il-biża’ kollu għalfejn, ja nies ta’ fidi ċkejkna?”

Imbagħad qam, ordna lill-irjieħ u lill-baħar, u waqgħet kalma kbira… Kompli aqra »

Mijiet jilqgħu mill-ġdid lir-Redentur fit-toroq tal-Isla

Mijiet ta’ devoti l-Ħadd filgħaxija ħonqu t-toroq tal-Isla u mxew mal-purċissjoni bix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. Din il-purċissjoni reġgħet ħarġet wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-purċissjoni saret wara l-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla mmexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna.

Waqt il-pellegrinaġġ sar talb għall-pajjiż, għall-Knisja u għall-vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.

Sors: Newsbook.com.mt Kompli aqra »

Il-liġi tal-paċenzja u tal-maħfra – L-Arċisqof fil-festa tar-Redentur

Quddiesa u purċissjoni fil-festa tar-Redentur

  Il-Bażilika ta’ Marija Bambina fl-Isla

L-omelija tal-Arċisqof Charles Jude Scicluna

“Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja” (Lq 9:51). Hekk jibda l-Evanġelju tal-lum. Qegħdin fil-kapitlu 9 ta’ San Luqa. San Luqa diġà jibda jkellimna fuq il-mument meta Ġesù jittieħed mid-dinja bil-passjoni ħarxa tiegħu, bil-mewt tiegħu fuq is-salib. Hu l-mument li nfakkruh b’din l-istatwa għażiża tar-Redentur. Wasal iż-żmien li jitgħabba bil-mard tagħna, bid-dnubiet tagħna, litteralment iġorrhom fuq spallejh… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Angelus: Bid-djalogu biss tinġieb il-paċi soċjali

  Pjazza San Pietru, il-Vatikan

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

L-Evanġelju tal-Liturġija ta’ dan il-Ħadd ikellimna dwar bidla deċisiva. Jgħid hekk: “Meta Ġesù qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm” (Lq 9:51). Hekk jibda “l-vjaġġ il-kbir” lejn il-belt qaddisa, li jitlob fehma speċjali għax hu l-aħħar wieħed. Id-dixxipli, mimlijin entużjażmu li għadu wisq tad-dinja, joħolmu li l-Imgħallem sejjer lejn it-trijonf; iżda Ġesù jaf li f’Ġerusalemm hemm jistennewh iċ-ċaħda u l-mewt (ara Lq 9:22,43b-45); jaf li sejjer biex ibati ħafna; u dan jesiġi fehma deċiża. Hekk, Ġesù jersaq b’pass riżolut lejn Ġerusalemm. Hi l-istess deċiżjoni li għandna nieħdu jekk irridu nkunu dixxipli ta’ Ġesù. Fiex tikkonsisti din id-deċiżjoni? Għax aħna għandna nkunu dixxipli ta’ Ġesù bis-serjetà, b’rieda sħiħa, mhux – kif kienet tgħid waħda xwejħa li kont naf – “Insara tal-ilma żahar”. Le, Insara deċiżi. U dan jgħinna nifhmuh, l-episodju li jirrakkonta minnufih wara, l-evanġelista Luqa… Kompli aqra »

Rifjut, impenn u perseveranza – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa fit-Tlettax-il Ħadd tas-Sena

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Hemm tliet kelmiet li jiġbru din il-ġrajja li smajna llum fl-Evanġelju skont San Luqa, fejn lil Ġesù nsibuh b’rieda sħiħa miexi lejn Ġerusalemm. Huma kelmiet li huma ta’ għajnuna għalina li rridu nkunu dixxipli ta’ Ġesù, u nimxu warajh.

Hemmhekk ma laqgħuhx

L-ewwel nett il-kelma ‘rifjut’. Naqraw fl-Evanġelju l-kliem “Hemmhekk ma laqgħuhx”. Dan hu x’ġaralu Ġesù meta hu u sejjer lejn Ġerusalemm, ried jgħaddi f’raħal tas-Samarija… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Ġunju 2022, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għam 2:6-10,13-16
Salm: 49 (50):16bċ-17,18-19,20-21,22-23

L-Evanġelju: Mt 8:18-22

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Ieħor, wieħed mid-dixxipli, qallu: “Mulej, ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri”… Kompli aqra »