Yearly Archives: 2023

Quddiesa u Rużarju – 29 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 2:3-11
Salm: 95 (96):1-2a,2b-3,5b-6

L-Evanġelju: Lq 2:22-35

Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej: “Kull tifel li jitwieled l-ewwel, jiġi kkonsagrat lill-Mulej”, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċieċen, kif jingħad ukoll fil-Liġi tal-Mulej.

F’Ġerusalemm kien hemm wieħed, jismu Xmun, raġel ġust u tajjeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu… Kompli aqra »

Min laqgħu min le – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa tal-Milied

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Josh Willink on pexels.com L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

Dal-lejl diversi minna konna miġburin hawnhekk fil-knisja, nifirħu bit-twelid ta’ Ġesù. Kien hemm atmosfera sabiħa ħafna bis-sehem ta’ tfal u żgħażagħ fir-rappreżentazzjoni tal-Milied, il-kant tal-għanijiet tal-Milied, il-prietka tat-tifel. Kienet okkażjoni ta’ festa.

Imma fl-istess ħin, lanqas elfejn kilometru ’l bogħod minn hawn, sebgħin ruħu inqatlu. Proprju fil-lejl tal-Milied, f’kamp tar-refuġjati, fosthom numru ta’ tfal… Kompli aqra »

Quddiem it-tarbija mimduda f’maxtura – L-Isqof Galea-Curmi

Quddiesa ta' Nofsillejl

  Il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, Ħal Balzan

Photo by Ryutaro Tsukata on pexels.com L-omelija tal-Isqof Joseph Galea-Curmi

“Ċensiment mad-dinja kollha” (Lq 2:1). Dan kien li ried l-Imperatur ta’ dak iż-żmien, Ċesari Awgustu. Ried jgħodd in-nies li kellu taħt il-ħakma tiegħu. U għalhekk għamel iċ-ċensiment, biex ikun jaf eżatt kemm nies kienu taħt il-poter tiegħu.

Jolqotna żgur il-kuntrast f’dan l-Evanġelju skont San Luqa, li jħejjina għat-twelid ta’ Ġesù, bejn iċ-ċensiment ta’ Ċesari Awgustu u, mill-banda l-oħra, is-sinjal li l-anġlu ta lir-rgħajja, meta qalilhom: “Tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura” (Lq 2:12)… Kompli aqra »

Il-Papa Franġisku jitlob għall-vittmi tal-gwerer u l-vjolenza

Exploded House in Borodyanka, Ukraine – Photo by Алесь Усцінаў

Speaking at the end of his General Audience on Wednesday, Pope Francis renewed his appeal for peace in the Holy Land and Ukraine.

“Please, do not forget to pray for those suffering the terrible consequences of violence and war,” he said.

“Let us pray especially for martyred Ukraine and for the populations of Palestine and Israel… Kompli aqra »

Il-Papa fl-Udjenza: Ħu ħsieb qalbek, u agħraf u iċħad il-ħażen

  Awla Pawlu VI, Il-Vatikan

Katekeżi. Il-vizzji u l-virtujiet. 1. Introduzzjoni: nieħdu ħsieb ta’ qalbna

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Illum nixtieq nintroduċi ċiklu ta’ katekeżi fuq it-tema tal-vizzji u l-virtujiet. U nistgħu nibdew sewwasew mill-ftuħ tal-Bibbja, hemm fejn il-ktieb tal-Ġenesi, permezz tar-rakkont tal-ewwel ġenituri tagħna, jippreżenta d-dinamika tal-ħażen u tat-tentazzjoni. Ejjew naħsbu fil-Ġenna tal-art. Fil-kwadru idilliku rrappreżentat mill-ġnien tal-Għeden, jitfaċċa persunaġġ li jsir is-simbolu tat-tentazzjoni: is-serp, dan il-persunaġġ li jwaqqa’ fit-tentazzjoni… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 28 ta’ Diċembru 2023, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1:5; 2:2
Salm: 123:2-5,7b-8

L-Evanġelju: Mt 2:13-18

Meta telqu l-maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu: “Qum, ħu miegħek lit-tifel u ’l ommu, u aħrab lejn l-Eġittu. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi sa jfittex lit-tifel biex joqtlu”.

Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u ’l ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemm sal-mewt ta’ Erodi… Kompli aqra »

Riflessjoni u talb fil-Jum Dinji għall-Paċi

Kull sena, fl-1 ta’ Jannar, il-Papa jgħinna niċċelebraw il-Jum Dinji tal-Paċi b’messaġġ speċjali li fih jistedinna nirriflettu fuq il-missjoni importanti tagħna li nibnu l-paċi. It-tema magħżula għall-2024 hija: ‘Intelliġenza Artifiċjali u Paċi’.

F’din l-okkażjoni, il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi qed tħeġġeġ il-familji, komunitajiet, knejjes u parroċċi kollha biex fl-1 ta’ Jannar jew fil-ġranet qrib din il-festa, jinġabru f’mument ta’ talb, riflessjoni jew adorazzjoni fis-skiet biex jitolbu għad-don tal-paċi, b’mod speċjali għal dawk il-persuni li l-aktar qed ibatu minħabba l-kunflitti li għaddejjin bħalissa… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 27 ta’ Diċembru 2023, 9:30am