Arkivji mensili: Settembru 2024

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:6b-15
Salm: 144 (145):17-18,19-20,21

L-Evanġelju: Lq 6:1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

Iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-Arċisqof Charles Scicluna għax-xahar ta’ Settembru

Matul ix‑xahar ta’ Settembru, l‑Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il‑quddiesa kuljum fid‑9:30am fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit‑Tnejn sas‑Sibt tixxandar it‑talba tar‑rużarju fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il‑quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l‑istazzjon tar‑radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta… Kompli aqra »

Caritas Malta tingħata l-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association

Caritas Malta ngħatat il-President’s Award mill-Malta Employees Sports Association, waqt serata annwali ta’ Awards Night imtella’ minn MESA.

Dan l-award ifisser ħafna għal Caritas Malta fejn f’dawn l-aħħar snin qed tagħti spinta kbira fejn tidħol l-attività fiżika u l-isport; mhux biss bl-attività annwali ta’ Caritas Run For Life, imma wkoll tinkorraġġixxi li fi djar ta’ riabilitazzjoni mill-abbuż tad-droga, residenti jesperjenzaw dixxiplini sportivi differenti… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 6 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

Għaliex iva?! | Ep. 4: Dun Victor Agius

Dun Victor Agius jirrakkonta ħafna mumenti sbieħ u oħrajn kemmxejn iktar diffiċli li sawru s-saċerdozju tiegħu. Minn tfajjel imrobbi Raħal Ġdid għal raġel b’esperjenzi missjunarji li ħaduh iċ-Ċina, il-Filippini, il-Kanada u ħafna pajjiżi oħra. Dan l-episodju ta’ Għaliex Iva?! hu dwar il-vjaġġ ta’ 50 sena ta’ Dun Victor Agius bħala saċerdot.

Għaliex iva?! huwa serje ta’ podcasts ma’ saċerdoti differenti fejn jirrakkuntaw l-istorja tal-vokazzjoni tagħhom u għaliex jaħsbu li hu worth it li tkun qassis fid-dinja tal-lum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4:1-5
Salm: 36 (37):3-4,5-6,27-28,39-40

L-Evanġelju: Lq 5:33-39

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!” U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.”

Qalilhom ukoll parabbola: “Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel mal-qadima… Kompli aqra »

27 sena mill-mewt ta’ Mother Tereża ta’ Kalkutta

Bħal-lum 27 sena ilu, fil-5 ta’ Settembru tal-1997, kienet mietet Mother Tereża ta’ Kalkutta. Hija kellha 87 sena. Isimha proprju kien Anjezë (Inez) Gonxhe Bojaxhiu u fl-1931, hekk kif ħadet l-ewwel voti tagħha, sar jisimha Suor Marija Tereża tal-Bambin Ġesù.

F’Settembru tal-1946 Suor Tereża saritilha t-tieni sejħa u flok baqgħet għalliema spiċċat biex ħalliet kollox u minflok tiddedika ruħha mal-ifqar fost il-fqar.

Fl-1979 Mother Tereza ingħatat il-Premju Nobel tal-Paċi… Kompli aqra »

Quddiesa u Rużarju – 5 ta’ Settembru 2024, 9:30am

  Il-Kappella tal-Madonna ta' Manresa fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana

Għin lill‑Arċidjoċesi twettaq il‑missjoni tagħha Agħti Donazzjoni »

Segwi l-qari tal-Quddiesa tal-lum hawnhekk.

Talba għat-Tqarbina tax-Xewqa

Ġesù, jiena nemmen li Inti tinsab tabilħaqq fis-Sagrament tal-Ewkaristija. 
Irrid inħobbok fuq kollox u fuq kulħadd.
Inti taf li nixtieq nirċevik ġewwa fija.
Imma ġaladarba bħalissa ma nistax nilqgħek ġewwa fija sagramentalment,
nitolbok li tiġi fija spiritwalment.
Ejja għandi Ġesù tiegħi, biex jiena niġi għandek… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3:18-23
Salm: 23 (24):1-2,3-4ab,5-6

L-Evanġelju: Lq 5:1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona f’pellegrinaġġ Marjan għall-morda f’Lourdes

Fr Martin Micallef iqaddes fil-grotta ta’ Lourdes

L-Arċisqof Emeritus Mons. Pawlu Cremona O.P. ħa sehem fil-pellegrinaġġ annwali għall-morda organizzat mill-Assoċjazzjoni Voluntarji Lourdes.  Din is-sena għal dan il-pellegrinġġ, li sar bejn il-Ħamis 29 ta’ Awwisu u l-Ħadd l-1 ta’ Settembru 2024, attendew 175 pellegrin minn Malta u Għawdex.

Huwa kkonċelebra f’quddiesa li saret fil-Grotta ta’ Massabielle mmexxija minn Fr Martin Micallef, Vigarju Episkopali għad-Djakonija u Direttur tad-Dar tal-Providenza, Patri Dijonisju Mintoff OFM, Direttur tal-Laboratorju tal-Paċi, Patri Jose Debono OCD, Provinċjal tat-Tereżjani u Patri Mario Sant OFM Conv… Kompli aqra »