Il-Papa fl-Udjenza: Is-servizz ta’ Marija juri t-tama u l-fiduċja profonda f’Alla
22/01/2025Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!
Illum qed nerġgħu naqbdu l-katekeżijiet taċ-ċiklu ġubilari dwar Ġesù Kristu t-tama tagħna.
Fil-bidu tal-Vanġelu tiegħu, Luqa juri l-effetti tal-qawwa trasformanti tal-Kelma ta’ Alla li tasal mhux biss qalb il-kurituri tat-Tempju, imma anki fid-dar fqajra ta’ żagħżugħa, Marija, li, għarusa mwiegħda lil Ġużeppi, għadha tgħix mal-familja tagħha.
Wara Ġerusalemm, il-messaġġier ta’ bxajjar kbar divini, Gabrijel, li fl-isem tiegħu jiċċelebra l-qawwa ta’ Alla, hu mibgħut f’raħal li qatt ma jissemma fil-Bibbja Lhudija: Nazaret… Kompli aqra »