• Bħal-lum, kull 25 ta’ Mejju, jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tat-Tfal Irrappurtati Nieqsa. Fl-Unjoni Ewropea, 250,000 tifel u tifla jiġu rrappurtati nieqsa kull sena, jiġifieri tifel kull żewġ minuti. Lil min iċċempel f’każ ta’ għajnuna? Madwar l-Ewropa nħoloq in-numru telefoniku 116 000, li hu aċċessibbli minn 31 pajjiż, inkluż Malta.

    Din il-hotlline tipprovdi għajnuna emozzjonali, psikoloġika, soċjali, legali u amministrattiva 24 siegħa kuljum.

    Każijiet ta’ Ħrib

    Tfal li fl-2016 ħarbu jew kienu mġiegħla jitilqu mid-dar jew minn xi istituzzjoni, kellhom bejn is-6 u s-17-il sena, bl-aktar ikunu dawk li għandhom mal-15-il sena.

    46% tat-tfal li jaħarbu u li ġew irrappurtati lil-hotlines fl-2016, instabu fl-istess sena.

    17.24% tat-tfal qattgħu bejn ġimgħa u xahar ‘il bogħod mid-dar, waqt li 8.74% oħra damu minn xahar sa 6 xhur ma marru lura.

    Każijiet ta’ Ħtif mill-Ġenituri 

    Kull sena, fl-Unjoni Ewropea jsiru maż-żewġ miljun żwieġ. It-tfal li nħatfu minn wieħed mill-ġenituri jew inkella mit-tnejn, kellhom bejn 0 sa 17-il sena, bl-iktar et komuni kienet dik ta’ 6 snin.

    26% tat-tfal maħtufa minn ġenitur instabu dik is-sena stess.

    Każijiet ta’ Tfal Migranti Irrappurtati Nieqsa

    Fl-2015, minn tal-inqas 10,000 tifel u tifla telqu minn pajjiżhom mingħajr ġenituri u għebu ftit sigħat wara li ġew irreġistrati. Skont il-Europol, huma ftit dawk it-tfal ta’ immigranti li nstabu.

    Fl-Italja u l-Greċja, pereżempju, għadd kbir ta’ tfajliet taħt it-18-il sena ġew irrappurtati li welldu wara li waslu fil-pajjiż jew inkella waslu bit-trabi. Jidher li dawn sparixxew bit-tfal ftit wara miċ-ċentru ta’ akkkoljenza.

    It-tfal ta’ immigranti li ġew irrappurtati nieqsa jew għebu fl-2016, kellhom medja ta’ 13-il sena. fl-2015, l-età medja kienet ta’ 15-16-il sena.

    31% tat-tfal (mhux akkumpanjati minn ġenitur) immigranti li ġew irrappurtati nieqsa fl-2016, instabu.

    Każijiet ta’ Ħtif Kriminali

    Kważi 1 minn kull 100 tifel u tifla rrappurtaw li individwu barrani pprova jeħodhom x’imkien, bħal fil-karozza, u huma ħasbu li setgħu jiġu mweġġgħa.

    33% tat-tfal li matul l-2016 nħatfu minn terzi persuni, instabu.

    Każijiet ta’ Tfal Irrappurtati Nieqsa f’Malta

    Fl-2016, 111 tifel u tifla kienu irrapurtati nieqsa. Numru kbir minn dawn il-każijiet jinvolvu adolexxenti li ma jirritornawx id-dar kif mistenni. It-tfal kollha irrappurtati nieqsa nstabu u reġgħu ittieħdu lura d-dar.

    Informazzjoni pprovduta minn Missing Children Europe