Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK) organizzat l-attività ta’ YouthEARN bejn is-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Novembru, li għaliha ħadu sehem 30 żgaħżagħ bejn 15 u 18-il sena minn diversi ċentri madwar Malta.

Dan il-proġett, iffinanzjat mill-Achievers’ Scheme tal-Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, ta l-opportunità liż-żgħażagħ jipparteċipaw f’diversi attivitajiet bħal abseiling, archery u camping. Iż-żgħażagħ ħadu sehem ukoll f’sessjonijiet tal-arti u d-drama kif ukoll f’workshop mogħti mis-Sedqa. L-iskop tal-iskema hu li ż-żgħażagħ jorganizzaw u jimplementaw inizzjattivi fil-komunità biex jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jesperimentaw bid-droga. Din l-attività għenet liż-żgħażagħ jiskopru metodi kif jieħdu gost, fil-kumpanija ta’ żgħażagħ oħra tal-età tagħhom, permezz ta’ attivitajiet fiżiċi, kreattivi u soċjali.

Għal aktar dettalji dwar ŻAK u l-attività ta’ YouthEARN, agħfas hawn.

Ritratti: Nathaniel Cutajar